L-Evanġelju tat-Tlieta 28 t’Awwissu 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 23, 23-26

Interessanti li l-kelma ‘korruzzjoni’ għandha iktar minn tifsira waħda. Kollha għandhom pedament wieħed, li jfisser iċċajpar, tibdel għal agħar jew teqred. Hemm min jikkorrompi u hemm min iħalli lilu nnifsu jiġi korrott: it-tnejn li huma huma korrotti, imċajpra, mibdula għall-agħar u meqruda. Ħafna drab l-korruzzjoni ma tidhirx imma jinħass l-effett tagħha, tinxtamm ir-rieħa tinten tagħha u għalkemm tista’ tingħoġob għax tirredni lil min ikun minsuġ fiha, fl-aħħar mill-aħħar ixxejjen il-libertà u toħloq nisġa kbira ta’ kompliċità. Fejn hemm il-korruzzjoni ħadd ma jissogra jesponiha għax ikun parti minnha u jekk jikxef l-intiena ta’ ħaddieħor ikun qed jikxef tiegħu. Il-korruzzjoni tagħmlina lsira tagħna nfusna.

Il-kittieba u l-Fariżej hekk ġralhom u ġralhom hekk anke bil-barka ta’ min kien iżomm magħhom bit-tama li jgawdi xi ftit mnn dak li jaqa’ mill-mejda tagħhom, iżda kienu piż fuq kulħadd għalkemm ħadd ma kien jissogra jkellimhom għax iktar kemm ikkorrompu u jkunu korrotti, iktar donnu li s-setgħa tagħhom, tikber u tespandi.

Kulħadd kien midjun magħhom u huma kienu midjuna bejniethom. Kienu jippreżentaw lilhom infushom bħala l-mudelli li fuqhom wieħed irid jimxi u jistnnew li jkunu miqjuma għall-osservanza tal-liġi minn barra, iżda Ġesù, li kien jissogra ħafna jkellimhom kif jixirqilhom, jurihom li l-ħażen kollu kien mistur f’qalbhom minn fejn dak kollu li hu veru u ġust u ħanin hu eskluż. B’dan l-istil ta’ ħajja kienu jigdbu u jgiddbu u jwemmnu lil min kien iqimhom, b’kull falsità, sal-punt li n-nies kienu jemmnuhom, jemmnuhom u jagħmlu bħalhom.

Il-Fariżej kienu dawk li jippreżentaw lilhom infushom bġala l-eroj tal-osservanza , Il-kittieba u dawk li kienu jinterpretaw il-liġi tal-liġi, billi, ngħidu aħna jħallsu t-taxxa fuq in-nagħniegħ u l-bużbież u l-kemmun, li ma kienetx xi taxxa fenomenali; il-kittieb akienu dawk li jinterpretaw il-liġi, u kellhom l-awtorità biex jagħmlu hekk. Bejniethom kienu ħolqu xibka waqqija fejn il-Fariżej juru lilhom infushom bħala l-qaddejja tal-liġi u jobduha f’kollox u l-kittieba kienu jinterpretaw il-liġi biex titfassal eżatt għall-Fariżej u jiskużawhom bil-liġi jekk jidhru li qed jiżbaljaw. Saru jintnu bil-qerq u r-rebgħa tagħhom.

Għal Ġesù il-bniedem lil wieħed biss għandu jaqdi u lilu biss jobdi u l-ispirtu tiegħu biss għandu jitħalla jmexxi mhux il-kelma tal-liġi. Il-ġustizzja u l-ħniena u s-sinċerità ta’ Alla għandhom imexxu lill-bniedem mhux il-liġi li ħafna drabi tispiċċa biex issir logħba bejn min għandu l-ħila jara kollox ġustifikat fiha.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.