Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Settembru 2018


Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Settembru 2018.

order_d5w_7389_15aug18-153570941457.jpg

It‑Tlieta 4 ta’ Settembru, fis‑6:30 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fl‑anniversarju tal‑Inkurunazzjoni ta’ Marija Bambina fil‑Bażilika Minuri, l‑Isla.

Il‑Ġimgħa 7 ta’ Settembru, fis‑7:00 p.m., lejlet il‑festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Pontifikal Statali fil‑Knisja Arċipretali ta’ Marija Bambina, in‑Naxxar. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Is‑Sibt 8 ta’ Settembru, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Il‑Ħadd 9 ta’ Settembru, f’12:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Motherhouse ta’ Sant’Agata tas‑Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP), ir‑Rabat, bħala parti mill‑Konferenza Plexus 2018 ‑ Ma’ Ġesù fil‑Periferiji, għal dawk involuti fil‑pastorali maż‑żgħażagħ.

Il‑Ġimgħa 21 ta’ Settembru, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Pontifikal Statali fl‑okkażjoni ta’ Jum l‑Indipendenza, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Is‑Sibt 22 ta’ Settembru, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Burmarrad u jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti tal‑parroċċa.

Il‑Ħadd 23 ta’ Settembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jbierek l‑istatwa ta’ San Ġorġ Preca fil‑parroċċa tas‑Swatar.

It‑Tnejn 24 ta’ Settembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑festa ta’ San Piju ta’ Pietralcina, fil‑Knisja Parrokkjali tat‑Trinità, il‑Marsa.

Il‑Ħamis 27 ta’ Settembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑festa ta’ San Vinċenz de Paul, fir‑residenza tal‑anzjani San Vinċenz de Paul, il-Marsa.

Is‑Sibt 29 ta’ Settembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Madonna tas‑Sacro Cuor, Tas‑Sliema, fl‑okkażjoni tal-100 anniversarju mit‑twaqqif tal‑parroċċa, u matul il-Quddiesa issir l‑inkurunazzjoni tal‑istatwa tas‑Sultana tal‑Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù.

 

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.