It-turiżmu u t-trasformazzjoni diġitali


Il-Ġimgħa 31 ta’ Awwissu 2018: Messaġġ tal-Kardinal Peter Turkson, Prefett tad-Dikasteru għall-Iżvilupp Uman Integrali, għall-Ġurnata Mondjali dwar it-Turiżmu li taħbat fis-27 ta’ Settembru li ġej. It-tema għal dan l-avveniment hi: “It-turiżmu u t-trasformazzjoni diġitali”

Rapport ta’ Giada Aquilino – Città del Vaticano

Turkson
Il-Kardinal Peter Turkson, Prefett tad-Dikasteru għall-Iżvilupp Uman Integrali

Prodotti u servizzi turistiċi “jitniżżlu bħala parti mill-iżvilupp sostenibbli u responsabbli, għaldaqstant dan il-qasam għandu jkun orjentat lejn dan l-iżvilupp”. Din hija x-xewqa tal-Kardinal Peter Turkson, Prefett tad-Dipartiment għall-Iżvilupp Uman Integrali, fil-messaġġ għall-Jum Dinji tat-Turiżmu tas-27 ta’ Settembru li ġej. Filwaqt li jieħu spunt mit-tema ta’ dan l-avveniment – “It-turiżmu u t-trasformazzjoni diġitali” – il-kardinal jfakkar kif l-innovazzjoni diġitali hija mmirata lejn “il-promozzjoni tal-inklussività, sabiex jiżdied l-involviment tan-nies u l-komunitajiet lokali u sabiex ikun hemm tmexxija intelliġenti u ekwilibrata tar-riżorsi”.

Naħdmu għal sostenibbiltà turistika
Settur, dak tat-turiżmu internazzjonali, li s-sena l-oħra ra żieda globali ta’ 7%, figura li, barra minn hekk, qed dejjem tikber. L-esiġenza tas-“sostenibbiltà fit-turiżmu”, skont kif jaraha l-Prefett, m’għandhiex tiġi sottovalutata “hekk kif f’xi destinazzjonijiet turistiċi popolari u l-aktar li jżuruhom qed jinħassu l-effetti negattivi ta’ fenomenu li jmur kontra turiżmu b’saħħtu u ekwu, l-hekk imsejjaħ “over -tourism”.

Edukazzjoni fil-korresponsabbiltà
L-aħħar tendenzi juru, barra minn hekk, li madwar 50% tal-vjaġġaturi diġitali jieħdu idea u jitnebbħu minn dak li josservaw f’immaġni u kummenti onlajn, u 70% jikkonsultaw – qabel ma jiddeċiedu – videos u fehmiet ta’ dawk li diġà vjaġġaw. L-użu ta’ għodda diġitali joħloq għalhekk “opportunità kbira” li tippermetti li jiżdiedu servizzi aktar sodisfaċenti għal talbiet ġodda li qed isiru, iżda wkoll – jissokta billi jikkwota l-Enċiklika “Laudato si” – sabiex teduka għall- “korresponsabiltà tad-dar komuni” li fiha qegħdin ngħixu, billi jiġu mħaddma forom ġodda ta’ kif jinġabar l-iskart biex ikun ijsta’ jerġa’ jintuża, riċiklaġġ u użu mill-ġdid b’mod kreattiv li jwassal għall-protezzjoni tal-ambjent “.

Użu ta’ data (tagħrif) personali
Għandu jkun evitat, madankollu, l-użu “ħażin u li jġib fix-xejn” tad-dinjità tal-bniedem, li jipproduċi “konsegwenzi dannużi”: b’mod partikolari, jissokta jgħid, “dak li jwassal għall-produzzjoni u l-użu tad-data (tagħrif), speċjalment data personali, li huma ġġenerati fi ħdan id-dinja diġitali, u r-rwol predominanti tal-algoritmi li jipproċessaw id-dejta huma nfushom u jipproduċu, min-naħa tagħhom, aktar dejta u informazzjoni, f’livelli differenti, disponibbli wkoll għal dawk li għandhom l-intenzjoni li jużawha biss għal skopijiet kummerċjali, ta’ propaganda jew saħansitra bi skop ta’ tagħwiġ”.

L-algoritmi, aktar minn “sempliċi numri” jew “sekwenzi newtrali ta ‘operazzjonijiet”, huma “elaborazzjonijiet ta’ intenzjoni li jsegwu għanijiet preċiżi” u jistgħu jintużaw biex jikkundizzjonaw għażliet u deċiżjonijiet. Għalhekk, għandha tiġi rrispettata u ssalvagwardjata “il-libertà tal-għażla ta’ persuni individwali”, filwaqt li l-mira tibqa’ li jkun hemm aċċess minn kulħadd għal strumenti diġitali. L-għan aħħari mhuwiex għalhekk li tħaddem it-turiżmu b’teknoloġiji diġitali ġodda, iżda li “l-użu progressiv tat-teknoloġija” għandu jkun akkumpanjat minn “għarfien dejjem akbar tal-persuna u tal-komunità kif għandu jkun rispettat l-ambjent biex iwassal għal żvilupp sostenibbli”.

M’għandekx tissepara l-imgiba onlajn minn dik offlajn
Għaż-żgħażagħ, li jikkostitwixxu “l-ikbar felli tal-użu diġitali”, il-Prefett tad-Dipartiment għall-Iżvilupp Uman Integrali jsemi l-Instrumentum Laboris bi tħejjia għall-XV Assemblea Ġenerali Ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-żgħażagħ: jinħtieġ – jikkonkludi – li jkunu l-protagonisti tal-“ħajja diġitali” tagħhom mingħajr ma jisseparaw “imgiba onlajn minn dik offlajn”, u lanqas ma jħallu lilhom infushom ikunu mqarrqin mid-dinja virtwali li “tgħawweġ il-perċezzjoni tar-realtà u t-telf ta’ identità li twassal għal rappreżentazzjoni ħażina tal-persuna “.

Is-sejħa hija mbagħad għal konnessjoni “akkumpanjata mill-vera laqgħa”, kif uriena l-Papa Franġisku.

Miġjub għall-Malti minn Louis Spiteri

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.