Il-Papa: kuljum nitlob sabiex id-dinja tixxotta d-dmugħ tat-tfal fis-Sirja u l-Iraq


Is-Sibt 15 ta’ Settembru 2018: Meta rċieva l-parteċipanti fil-laqgħa ta’ organizzazzjonijiet Kattoliċi tal-karità, li joperaw fis-Sirja u f’pajjiżi ġirien, il-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-komunità inter-nazzjonali sabiex ma tagħlaqx għajnejha għall-dak li ġiegħel miljuni ta’ nies iħallu l-artijiet tagħhom.

Giada Aquilino – Città del Vaticano

unnamed

Tinsewx il-“ħafna bżonnijiet” tal-vittmi tal-kriżi fl-Iraq, fis-Sirja u fil-pajjiżi ġirien u morru lil hinn mill-“loġika tal-interessi” u nqdew bihom “għas-servizz tal-paċi” u “sabiex tintemm il-gwerra”. Din l-eżortazzjoni tal-Papa, mogħtija “b’saħħa”, lill-komunità internazzjonali hekk kif huwa rċieva fis-Sala tal-Konċistorju il-parteċipanti fis-sitt laqgħa ta’ ħidma dwar il-kriżi fis-Sirja u fil-pajjiżi ġirien, 150 persuna, organizzata f’dawn il-jiem fil-Vatikan mid-Dikasteru għal Servizz Integrali għall-Iżvilupp tal-Bniedem, bl-involviment tas-Sezzjoni tal-Migranti u r-Rifuġjati, b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat tal-Istat u l-Kongregazzjoni għall-Knejjes Orjentali. Kienu preżenti rappreżentanti ta’ Knejjes lokali, nunzji apostoliċi, delegati ta’ Istituti Kattoliċi u aktar minn 50 organizzazzjoni tal-karità.

Ma nistgħux nagħlqu għajnejna għall-kawżi li ġiegħlu miljuni ta’ nies jitilqu minn arthom muġugħin. Fl-istess ħin inħeġġeġ lil dawk kollha li qed iwettqu dan ix-xogħol u lill-komunità internazzjonali biex iġeddu l-impenn tagħhom għar-ritorn sikur ta’ dawk li sfaw bla dar lejn djarhom. Li l-protezzjoni tagħhom u l-futur tagħhom ikunu assigurati huwa dmir ta’ ċivilità. U li jixxuttaw id-demgħat ta’ tfal li ma raw xejn ħlief tiġrif, mewt u qerda biex b’hekk id-dinja terġa’ tiskopri d-dinjità.

It-talb ta’ kuljum tal-Papa
Waqt li jtenni l-apprezzament għall-“isforzi kbar favur ir-refuġjati” magħmula mill-pajjiżi tar-reġjun u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-Papa Franġisku jilqa’ u jirringrazzja wkoll flimkien mal-Kardinal Peter Turkson, il-President tad-Dikasteru tal-Vatikan, lil Filippo Grandi, Kummissarju Għoli tan-NU għar-Refuġjati . Għalhekk, huwa jenfasizza li għal “ħafna snin” il-kunflitti ilhom idemmu dik iz-zona u s-sitwazzjoni “tal-popolazzjonijiet fis-Sirja u fl-Iraq u fil-pajjiżi ġirien għadhom jikkawżaw tħassib kbir”.

Kuljum, jien u nitlob, nressaq quddiem il-Mulej it-tbatijiet u l-ħtiġijiet tal-Knejjes u tal-popli ta’ dawk l-artijiet maħbuba, kif ukoll dawk li qegħdin jagħmlu ħilithom biex jgħinuhom. U dan huwa veru: kull jum!

Garanziji ta’ futur għall-komunitajiet Insara
Il-Papa ifakkar li bl-istħarriġ dwar l-għajnuna umanitarja tal-entitajiet ekkleżjali, it-tielet wieħed ta’ dan it-tip, “qed isir kontribut importanti biex ikunu magħrufa aħjar il-ħtiġijiet u kkoordinata aħjar l-għajnuna” favur dawn il-popolazzjonijiet.

Hemm riskju li l-preżenza Nisranija tiġi eliminata preċiżament fid-dinja minn fejn id-dawl tal-Evanġelju nfirex madwar id-dinja. B’kollaborazzjoni mal-knejjes ħutna, is-Santa Sede qed taħdem qatigħ biex tiggarantixxi futur għal dawn il-komunitajiet Insara. Il-Knisja kollha kemm hi tħares lejn dawn l-aħwa fil-fidi u tħeġġiġhom billi tkun qrib tagħhom fit-talb u l-karità konkreta sabiex ma jirrassenjawx ruħhom għad-dlam tal-vjolenza u biex iżommu l-lampa tat-tama tixgħel.

Ir-ritorn tal-Insara fil-Pjanura ta’ Nineveh
Hija tabilħaqq “ix-xhieda tal-imħabba” li permezz tagħha l-Knisja tisma’ u twieġeb għall-“karba għall-għajnuna ta’ kulħadd, li tibda mill-aktar dgħajfa u fqar”, hija – il-Papa jtenni – “sinjal li jdawwal il-preżent u żerriegħa ta’ tama li se toħroġ il-frott fil-ġejjieni “. Hija, jfakkar, opra “kollha kemm hi Nisranija” li tfakkarna fl-hekk imsejħa Talba sempliċi attribwita lil San Franġisk t’Assisi: quddiem il-mibegħda ħa jkun hemm it-tama, quddiem is-swied il-qalb ħa jinfirex il-ferħ. Fost l-inizjattivi “ta’ min ifaħħarhom” bħala reazzjoni tal-Knisja għall-kriżi, il-Papa jsemmi “l-ħidma kbira biex tappoġġja r-ritorn tal-komunitajiet Insara fil-pjanura ta’ Nineveh” fl-Iraq u l-kura tas-saħħa assigurata għal ħafna nies morda u foqra fis-Sirja, “b’mod partikolari permezz tal-proġett “Sptarijiet Miftuħa” li tant iridu n-nunzju appostoliku f’Damasku, il-Kardinal Mario Zenari. Għalhekk, l-awgurju huwa li nkunu “strumenti ta’ paċi u ta’ dawl”.

Għeżież ħuti, flimkien, bil-grazzja ta’ Alla, ejjew nħarsu lejn il-futur. Inħeġġiġkom, aħdmu f’isem il-Knisja, sabiex tkomplu tieħdu ħsieb l-edukazzjoni tat-tfal, ix-xogħol għaż-żgħażagħ, li tkunu qrib l-anzjani, li ddewwu l-feriti psikoloġiċi; mingħajr ma tinsew dawk tal-qlub, li l-Knisja hija msejħa biex ittaffi: “Fejn hemm offiża , ħa nwassal il-maħfra. Fejn hemm il-firda, ħa nwassal l-għaqda “.

Rapport bil-Malti minn Louis Spiteri

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.