Kappillan ġdid għall-parroċċa tal-Balluta

Il-Ħadd, 7 ta’ Ottubru: L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Patri Renald Lofreda O.Carm bħala kappillan tal‑parroċċa tal‑Madonna tal‑Karmnu, il‑Balluta.

108_PATRI_RENALD_LOFREDA.153889518263

Patri Renald Lofreda twieled fid‑9 ta’ Settembru 1978 u għadda ħafna mit‑tfulija tiegħu fil‑parroċċa ta’ Santa Venera fejn sar jaf lill‑patrijiet tal‑Ordni Karmelitan. Huwa daħal mal‑Karmelitani fl‑1996 u għamel in‑novizzjat f’Pisa, l‑Italja, bejn Awwissu tal‑1998 u Settembru tal‑1999. Studja l‑Filosofija u t‑Teologija fl‑Università ta’ Malta u studja wkoll il‑Liturgija fl‑Università Pontifiċja tal‑Kulleġġ St Patrick’s fl‑Irlanda.

Patri Renald ġie ordnat saċerdot fl‑20 ta’ Ġunju 2003. Il‑ħidma pastorali tiegħu bdiet fil‑parroċċa tal‑Fgura fejn serva bħala djaknu, u mbagħad bħala saċerdot u kappillan għal 14‑il sena. Matul is‑snin serva wkoll bħala direttur u viċi direttur tal‑Vokazzjonijiet Karmelitani, għallem ir‑Reliġjon fil‑Kulleġġ San Elija u serva wkoll ta’ direttur spiritwali tal‑istess kulleġġ. Minn April tal‑2017 Patri Renald beda jifforma parti mill‑komunità Karmelitana ta’ Fleur‑de‑Lys.

Il‑parroċċa tal‑Balluta tiġbor fiha madwar 5,000 persuna f’1,500 familja.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading