Il-Paċi tal-Qalb


Minn Angelo Xuereb

F’Novembru niftakru fil-qaddisin kollha, inżuru ċ-ċimiterji u għalhekk niftakru f’dawk kollha li ħallewna. Għalhekk ser nitkellmu fuq il-paċi tal-qalb mill-perspettiva taI-eternità.

Il-bniedem min-natura tiegħu dejjem jixtieq ħwejjeġ ġodda. Qisu qatt ma huwa kuntent b’dak li jkollu u jaħseb li jekk jikseb affarijiet oħra ser ikun kuntent. Nagħmluha ċara. Minn xi daqqiet nixtiequ ħwejjeġ li għandna verament bżonnhom biex ngħixu. Iżda fid-dinja materjalista li fiha ninsabu min jaf kemm niġu ttentati biex nakkwistaw ħwejjeġ li ma għandniex bżonnhom. Forsi l-medja u d-dinja materjalista li qegħdin ngħixu fiha, pittritilna li huma neċċessarji biex ngħixu iżda fil-fatt mhumiex.

Jekk f’dan ix-xahar naħsbu fil-ħajja eterna, nindunaw kemm il-materjaliżmu huwa gidba qarrieqa. Naħsbu li aktar ma takkwista aktar tkun kuntent. Dan ix-xahar ifakkarna li l-ħajja xi darba tispiĊĊa u jkollna ninfirdu minn dak kollu li nkunu akkwistajna.

Għalhekk forsi nistaqsu: X’inhuma l-ingredjenti li jagħmlulna ħajja hienja li tippreparana biex niltaqgħu mal-Mulej f’mewtna. Żgur li r-risposta mhijiex li noqogħdu neqirdu u niddisprezzaw din id-dinja. Il-kwistjoni hija li d-dinja fiha nnifisha hija tajba iżda hija wkoll imwaqqa’ fid-dinja. U aħna rridu nagħtu xhieda li aħna nsara b’ħajjitna billi nagħmlu kollox bil-qies.

L-ewwel nett il-paċi tal-qalb tinbena fuq l-ekwilibriju tal-mod li bih ngħixu. Kollox f’ħinu u f’waqtu u bil-qies. Anki meta nagħmlu aktar milli suppost xi ħaġa tajba, anki jekk tkun ħaġa spiritwali ma nkunux fit-triq it-tajba.

Biex ngħixu ħajja hienja hemm bżonn ukoll li nieħdu ħsieb saħħitna. Inżommu wkoll f’moħħna li l-għira, il-mibegħda, sentimenti ta’ tpattija, piki esaġerati, u vendetti barra li huma kontra l-liġi ta’ Alla, iġibulna ħsara f’saħħitna. Mhumiex valuri pożittivi anzi negattivi.

Biex ngħixu ħajja hienja hemm bżonn li naħdmu. Proverbju Malti jgħidilna li x-xogħol huwa salmura tal-ġisem. Permezz tax-xogħol wieħed ikun jaħli l-forzi tiegħu filwaqt li jaqla’ l-ħajja ta’ kuljum. Ix-xogħol li jġib miegħu l-paga huwa providenza ta’ Alla.

Biex ngħixu ħajja hienja hemm bżonn li ma nħallux ħsibijiet li jinkwetawna f’moħħna.  San Ġorġ Preca jgħidilna li ħsieb li jinkwetana mhux ġej minn Alla.

B’hekk ngħixu aktar ħajja ekwilibrata li hija xhieda ta’ ħajja nisranija, u twemmin fil-ħajja eterna.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.