Adorazzjoni Ewkaristika matul Diċembru 2018


Adorazzjoni Ewkaristika matul Diċembru 2018.

Dan ix-Xahar qaddis jistedinna nammiraw dak li Alla għoġbu jagħmel ma’ Marija. Għax kienet predestinata li tkun Omm l-Iben ta’ Alla, neċessarjament kien jeħtieġ li tkun eżentata minn kull tebgħa ta’ dnub – Immakulata u mimlija bil-Grazzja. Wara ngħaddu biex naduraw il-Misteru kbir tal-Inkarnazzjoni – Alla jsir bniedem bħalna u jitwieled fostna. Ejjew ma nħallu xejn mill-aljenazzjonijiet tad-dinja jnessuna dawn il-grajjiet kbar fl-Istorja tas-Salvazzjoni tagħna. Nawguralek Festi Qaddisa u kollha Hena tas-Sema.

IT-TNEJN 3 ta’ DIĊEMBRU
Festa: San Franġisk Saverju
San Bastjan fil-Kripta – Ħal Qormi –
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IT-TLIETA 4 ta’ DIĊEMBRU
Kappella San Ġużepp Ħaż-Żebbuġ
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IL-ĦAMIS 6 ta’ DIĊEMBRU
Parrocca Madonna ta’ Lourdes – SAN ĠWANN
Fit-8.30 am Quddiesa u wara Adorazzjoni

IL-ĠIMGĦA 7 ta’ DIĊEMBRU
Festa: San Ambroġ
L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar – Lejliet il-Kunċizjoni
Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem Birkirkara
Fid-9.00 ta’ fil-għodu

It-TNEJN 10 ta’ DIĊEMBRU
Festa: Madonna ta’ Loreto
Istitut San Ġużepp Sorijiet Dumnikani Ħaż-Żabbar
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IT-TLIETA 11 ta’ DIĊEMBRU
Dar tal-Anzjani Santa Katerina Ħ’Attard
Fil-9.45 ta’ fil-għodu

L-ERBGĦA 12 ta’ DIĊEMBRU
Festa: Madonna ta’ Guadalupe
Santwarju Madonna tal-Ħerba – Birkirkara
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IL-ĦAMIS 13 ta’ DIĊEMBRU
Festa: Santa Luċija – Jum ir-Repubblika
Monasteru San Pietru
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IL-ĠIMGĦA 14 ta’ DIĊEMBRU
Festa: San Ġwann tas-Salib
Fergħa Ewkaristika Il-Marsa
Fis-6.00 ta’ fil-għaxija u fl-7.00 Quddiesa

IS-SIBT 15 ta’ DIĊEMBRU
Tibda n-Novena ta’ Ġesù Bambin
Santwarju Madonna tas-Samra – il-Hamrun
Fil-11.00 ta’ fil-għodu – f’nofs in-nhar Quddiesa

IT-TLIETA 18 ta’ DIĊEMBRU
Pax et Bonum Il-Mosta
Wara l-Quddiesa tad-
9.00 ta’ fil-għodu

L-ERBGĦA 19 ta’ DIĊEMBRU
Knisja Madonna ta’ Fatima – G’Mangia
9.00 am: Quddiesa u wara Adorazzjoni

IL-ĠIMGĦA 21 ta’ DIĊEMBRU
Istitut Ġesù Nazarenu Iż-Żejtun
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IL-ĦAMIS 27 ta’ DIĊEMBRU
Festa: San Ġwann Evanġelista
Madonna ta’ Pompej – Victoria, Għawdex
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IL-ĠIMGĦA 28 ta’ DIĊEMBRU
Festa: It-Trabi Innoċenti
Ċentru Santa’Andrija Tarġa Gap Il-Mosta
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IL-ĠIMGĦA 28 ta’ DIĊEMBRU
Festa: It-Trabi Innoċenti
Knisja Santa’Anna Iż-Żebbiegħ l/o Imġarr
5.00 ta’ fil-għaxija : Adorazzjoni fis-6.00 : Quddiesa

IS-SIBT 29 ta’ DIĊEMBRU
Is-Santwarju tas-Sultana tal-Qalb ta’ Ġesù Tas-Sliema
9.00 am : Quddiesa
9.30 am: Adorazzjoni

IT-TNEJN 31 ta’ DIĊEMBRU
Festa: San Silvestru Papa u l-Aħħar Jum tas-Sena 2018
Sorijiet Ġesù Nazzarenu Marsaxlokk
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

Nagħlqu s-Sena 2018 quddiem Ġesù fl-Ewkaristija u niftħu l-2019 bis-Sagrifiċċju Qaddis tal-Quddiesa. Dan huwa l-mod, aħna li matulek ja sena ġrejna warajK fl-Adorazzjonijiet bil-gost kollu, b’dan il-mod, intemmu Sena u nibdew oħra.

IT-TNEJN 31 ta’ DIĊEMBRU
Festa: San Silvestru Papa u l-Aħħar Jum tas-Sena 2018
Fis-Santwarju Santa Tereża – Birkirkara
Fil-11.00 ta’ fil-għaxija: Adorazzjoni;
F’Nofs-il Lejl: Quddiesa tas-Solennità ta’ Marija Omm Alla
Fl-ewwel sigħat tal-2019.

Ara poster bil-kulur: 01 KALENDARJU ADOR.DICEMBRU 2018 BIL-KULUR

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.