Evanġelju tat-Tnejn 24 ta’ Diċembru 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 1, 67-79

Dak li talab garanzija għall-kelma jingħata l-kelma kif il-wegħda bdiet isseħħ u għarafha. Żakkarija jinfetaħlu fommu u lsienu nħall u bħal ħafn ali daqu l-fejqan mingħand Ġesù matul il-ministeru tiegħu, l-ewwel kliem huwa ta’ tifħir lil Alla għax iżomm il-kelma tal-ħniena tiegħu. Ismu huwa Ġwanni, ismu huwa Alla li jħenn, jo-ħannan, Alla ħanin.

Il-kantiku ta’ Żakkarija li l-Knisja universali titlob f’kull għodwa fil-Liturġija tas-Sigħat, fit-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum, illum jieħu tifsira oħra. Fil-qalba tad-dlam tax-xitwa, titla’ x-xemx li ma tinżel qatt, id-dawl li jkeċċi d-dlamijiet, il-ħniena li ddewweb fix-xejn il-piż li ġġib magħha l-ħtija tad-dnub ta’ kull bniedem, tal-umanità kollha kemm hi. Dan hu l-ħaruf ta’ Alla li jneħħi d-dnubiet tad-dinja, mhux biss ta’ kull bniedem iżda tad-dinja, id-dnub individwali u d-dnub kollettiv taċ-ċaħda ta’ Alla u dak kollu li hu tiegħu.

Fil-kantiku ta’ Żakkarija, San Luqa jagħtina l-isfond, il-wegħda li issa m’għadhiex wegħda għax seħħet. Alla fit-Testment il-Qadim huwa Alla li jwettaq imma iżjed Alla li jwiegħed li t-twettiq għad isib il-milja tiegħu fil-milja taż-żmien. Alla żar u Alla jifdi. Żakkarija ma setax ma jarax dan kollu jseħħ quddiem għajnejh meta fit-twelid ta’ ibnu, li huwa sinjal ċar tal-ħniena ta’ Alla miegħu, sinjal ħafna iktar ċar ta’ dak li kellu jseħħ, il-ħniena ta’ Alla l-Għoli li jħejji t-triq għat-tiċrit tas-sema u l-inżul tal-Messija, Alla li jinżel fost il-poplu tiegħu.

Fil-kantiku ta’ Żakkarija, il-Knisja tara l-wegħda tibda sseħħ kif raha Żakkarija stess. Max-xemx li titla jisbaħ jum ġdid u l-qadim jintemm wara li jkun dab fid-dlam tal-lejl. Id-dlam tal-iżmna jinħass dejjem u dejjem jaqta’ qalb il-bnedmin li xi darba jisbaħ mill-ġdid. Ix-xemx li titla maż-żjara tal-Mulej ma jibdix jum mill-ġdid, li għad irid jerġa jogħsfor fid-dlam tal-lejl li jiġi, iżda jibda jum ġdid tax-xemx li ma tgħib qatt. Il-jum il-ġdid jibda żmien ġdid fejn ikun hemm sema ġdid u art ġdida. Huwa l-jum tat-twettiq tal-wegħda li ssib il-milja tat-twettiq tagħha dakinhar li l-qabar jisntab vojt għax l-għotja tkun seħħet u d-dejn ikun tħallas u d-dlam il-kbir jinqered għax il-mewt ma ssaltanx iżjed.

F’dan il-jum il-ħniena tintwera’ bil-maħfra u tintradd lura bil-qadi fil-ġustizzja, għax id-dlam jikkarga fis-swidija tiegħu bl-offiża tal-bnedmin lil xulxin u lil Alla iżda jinġieb fix-xejn bil-maħfra; għax is-sliem ma jinteritx bl-inġustizzja tal-bnedmin iżda jitwal fiż-żmien bil-ġustizzja ta’ Alla. Il-passi tagħna jkunu fis-sliem, għax m’hemmx iktar id-dubju u s-suspett u jinfetaħ il-bieb li juri lill-bnedmin li l-ħajja tagħhom mhix mibnija fuq is-sens tas-sopravivenza ndividwali iżda fuq is-salvazzjoni tal-umanità kollha.

Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu, kif kien mill-bidu, issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.