Evanġelju tal-Ħadd 13 ta’ Jannar 2019


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 3, 15-16. 21-22

F’dan ir-rakkont ta’ San Luqa, donnu s-suġġett huwa l-poplu u dak li l-poplu kien qed iħoss. Iż-żewġ siltiet magħżula jibdew billi jsemmu x’kien qed jistenna u jistaqsi l-poplu u x’għamel il-poplu.

Dak li jgħid Ġwanni, dak li jagħmel Ġesù u l-kliem li jinstema fl-aħħar tat-tieni silta huma t-tweġiba ta’ Alla għall-ħtieġa tal-poplu; għalhekk hija epifanija oħra, rivelazzjoni: Alla jagħti kas u Alla jagħmel xi ħaġa.

Il-poplu kien qiegħed jistenna ħerqan. Aħna nafu li l-ħajja kif immexxuha aħna, qatt ma tasal fil-milja tagħha għax id-deċiżjonijiet li nieħdu, kemm indidvidwalment u kemm kollettivament, ikunu ħafna drabi mxellfa u mtebba’ bl-egoiżmu tagħna u għalhekk ir-rizultat ikun dejjem deifettuż; l-hena li nistennew li niksbu titbiddel f’disprament għax ma jirnexxilniex niksbu dak li rridu u naslu fejn nixtiequ, u jekk naħsbu li wasalna, lanqas biss jgħaddilna minn moħħna li biex wasalna, kissirna u farrakna kull fejn għaddejna. Ir-rizultati narawhom wara, ħafna drabi meta jkun tard wisq. U allura nistennew li ħaddieħor jagħmel xi ħaġa biex jirranġa s-sitwazzjoni li nkunu ħloqna aħna.

Jekk inħarsu madwarna llum nagħrfu eluf ta’ sitwazzjonijiet bħal dawn kemm fil-ħajja personali tagħna u kemm fuq livell ta’ umanità. Alla ma jiċħadx din l-istennija tagħna anzi jużaha biex jiġbidna lejh. Qatt m’għandna niddejqu jew nistħu nduru lejn Alla meta nħossu kollox jaqa’ fuqna. Għal Alla mhux importanti x’iwassalna bie xinduru lejh, iżda ix-xewqa mqanqla mill-imħabba tiegħu hija li nduru lejh. San Luqa jtenni l-istes ħsieb fil-parabbola tal-Iben il-Ħali meta jurina l-missier jgħasses u jistenna lil ibnu ż-żgħir ġej lura, mill-kliem tiegħu lill-ibnu l-kbir meta rrejaġixxa bl-aħrax għal dak li seħħ mal-miġja lura ta’ ħuh.

Il-poplu kien qed jistaqsi dwar l-identità tal-Messija. Min hu? Kif se nagħrfuh, għax dawk li jgħidu li huma l-messija huma wisq. Huma kienu ffortunati li Ġwanni m’użax il-mistoqsija tagħhom biex jerfa’ ’l fuq lilu nnifsu iżda weġibhom bil-verità. Aħna mhux dejjem inkunu daqshekk ixxurtjati għax ħafna drabi nsibu quddiemna ħafna bnedmin li jippreżentaw lilhom infushom bħala l-messijji tagħna bie xjiggwadanjaw huma u jħaxxnu bwiethom, u jitgħollew fuq il-pedestall tas-setgħa u l-awtorità fuq il-bnedmin.

Ħafna jużaw ir-rwol tagħhom, għax huwa rwol mhux pożizzjoni, biex jaħkmu u jaħfnu u jiggranfaw kemm jifilħu, u biex jagħmlu hekk, jgħawġu u jgiddbu l-verità nnifisiha. Aħna wkoll nitħawdu u nibżgħu għax ma nafux lil min u sakemm nistgħu nafdaw. Aħan wkoll jiġrilna li nagħmlu allat tagħna bnedmin li jridu jqarrqu bina u nħalluhom u nċapċpulhom u nkomplu nonfħulhom il-bużżieqa tal-egoċentriżmu tagħhom. Il-messija vera huwa dak li jagħtik ħajja ġdida bl-Ispirtu s-Santu u n-nar; dak li jimliek bl-ispirtu ta’ Alla biex tgħix bih u n-nar biex jimlik bil-ħeġġa ħalli taħdem qatigħ ħalli ħaddieħor ukoll ikollu l-istess ħajja mimlija bin-nar tal-imħabba. Huwa dak li, kif jgħid l-Appostlu missierna lil Tiitu, jgħinek tgħix bir-rażan, bil-ġustizzja u bit-tjieba.

Il-poplu kollu kollu tgħammed. Il-magħmudija ta’ Ġwanni (u ta’ oħrajn fi żmienu) hija magħmudija simbolika ta’ ħasil u tindif, hija sinjal tal-indiema u l-konverżjoni. Il-bidla hija neċessarja jekk ma jkunx hemm il-bidla fil-qalb, il-bidla fid-dinja ma sseħħx, kollox jibqa’ l-istess jew imur għall-agħar. Ġesù jitgħammed wara li jitgħamme dil-poplu kollu u, wara, waqt li kien qe djitlob tiġi l-kosnagrazzjoni tal-missier mhux wisq għall-eżistenza ta’ ibnu, iżda għall-missjoni li aċċetta.

Biex il-ħidma ta’ Alla tibda sseħħ, irid ikollna, għallinqas ir-rieda lininbidlu, li ngħaddu mill-ilma tal-indiema biex insiru aħjar, għax li tindem ma jfissirx biss li jiddispjaċik għall-imgħoddi, iżd ali tadotta r-rieda li ssir aħjar, tieħu deċiżjonijiet li jqarrbuk lejn Alla u lejn il-bnedmin. Il-bidla hija t-triq imħejjija għall-Mulej biex jidħol fil-ħajja tagħna u jagħmilha tixbah lil tiegħu, biex insiru ħutu, ulied il-Missier u, bħalu, l-għaxqa tiegħu, kemm għal dak li aħna u kemm għad-deċiżjonijiet li nieħdu li jqarrbuna dejjem iżjed lejh.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.