Evanġelju tal-Ħadd 27 ta’ Jannar 2019

Print Friendly, PDF & Email

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 1, 1-4; 4, 14-21

Hawn għandna żewġ siltiet magħquda f’waħda għal għan liturġiku ta’ katakeżi.

San Luqa jintroduċi lilu nnifsu bħala investigatur iktar milli evanġelista. Huwa nisrani tat-tieni ġenerazzjoni li ma ma rax b’għajnejh, kif jgħid li għamel l-evanġelista Ġwanni, iżd ali qagħad ifittex u jistaqsi lil min ra u sema x’ġara tassew, kemm matul il-ħajja ta’ Ġesù fuq din l-art u kemm wara, fiż-żmien tal-bidu tal-ewwel komunitajiet, minn fejn bdew u kif komplew jgħixu u jimmaturaw kemm fil-fidii u kemm fl-istil ta’ ħajja li dik il-fidi kienet tqanqal.

Dawk li raw b’għanjehom saru ministri tal-Kelma li ġiet afdata lilhom minn Ġesù nnifsu kif Luqa stess jgħid għal darbtejn; fl-għeluq tal-Evanġelju u fil-ftuħ tal-Atti tal-Appostli, li hu iktar l-Atti tal-Knisja tal-bidu milli tal-Appostli nfushom. L-Atti jsemmi ftit mill-ħidma ta’ wħud mill-Appostli. Jibda jitkellem fuq il-Knisja li twieldet u bdiet tikber minn Ġerusalemm iċċentrata madwar Pietru u tkompli fuq il-ħidma ta’ Pawlu fost il-ġnus, u allura l-Knisja tinfetaħ għal kulħadd, mhux għal-Lhud biss. F’din it-tieni taqsima tal-Atti, Luqa jinkuldi lilu nnifsu u jirrakonta wkoll fl-ewwel persuna, bħal ma jagħmel f’kapitlu 28 fr-rakkont tan-nawfraġju ta’ Pawlu u sħabu fil-gżejjer tagħna.

Luqa jindirizza l-kitba tiegħu, u allura jidher ċar li mhix tradizzjoni li għaddiet minn fomm għal fomm, iżda miktuba bi skop, lil Teofilu. Jista’ jkun individwu li kienu jismu hekk u jista’ jkun ukoll li Luqa għandu f’moħħu lil kull katekumenu li qed jipprepara ruġu biex jirċievi l-magħġmudija li huwa dak li jħobb lil Alla. Donnu jrid jgħid li kien hemm xi konfużjoni dwar dak li ġara u allur ahu jixtieq jagħti ideja iktar ċara dwar il-verità tal-fatti u biex jagħmel dan jistaqsi u jistħarreġ nies li kienu xhieda ta’ dak li qal u għamle Ġesù. Għalkemm ħafna drabi ngħidu li l-Evanġelji m’għandhomx jitqiesu bħala kotba storiċi, għax dan ma kienx l-għan tagħhom, Luqa jurina likellu nteress li jagħti stampa iktar ċara u vera ta’ dak li seħħ u dak li l-katekumeni kienu jisimgħu dwar il-persuna ta’ Ġesù.

It-tieni silta mill-Evanġelju ta’ San Luqa li l-Liturġija tqegħdilna quddiemna llum tista tittradina dwar ir-rejazzjoni tal-poplu ta’ Nażaret għall-kliem ta’ Ġesù. Il-ħsieb tagħha llum huwa li turina li f’Ġesù twettqu u sabu l-milja tagħhom il-profeziji dwar il-mibgħut ta’ Alla, il-midluk tal-Mulej billi tikkwotalna l-kliem tal-Profeta Iżaija. L-għan ta’ din is-silta hu li jurina x’inhi l-missjoni li Ġesù ġie afdat biha mill-Missier.

Naraw li l-fama ta’ Ġesù qed tikber u kliemu u għemilu qed jinżlu tajjeb ħafna fi qlub il-ġmiegħi li kienu jisimgħuh. Kliemu huwa kliem ta’ ħniena li jmiss il-qlub, ta’ ndiema li tfisser opportunità li tibda mill-ġdid u għemilu juri biċ-ċar li jrid itaffi t-tbatija. Għal min hu mgħobbi bil-piż tal-ħtija, il-ħniena u l-mogħdrija hija ħelwa għasel. Barra minn hekk Ġesù kien jitkellem b’awtorità u kliemu kien differenti ħafna minn dak li kienu mdorrijin jisimgħu, kliem ta’ kundanna u ħlas iebes għal-għemil, osservanza dejqa tal-liġiijiet li, fi kliem Ġesù stess, kienet saret tgħabija tqila fuq spallejn min kien jipġprova jemmen u jagħti kas. Ovvjament, filwaqt li kliemu intogħġob minn ħafna, ħafna oħrajn kienu diġa qed jarawh bħala theddida għall-awtorità tagħhom u s-setgħa li kellhom fuq l-imħuħ, setgħa li kienet taqta l-qlub.

Fis-sinagoga ta’ Nażaret ix-xena hija drammatika ħafna u tqila b’dak li kienu qed jistennew minnu, niesu, qrabatu u n-nies kollha li kienu jafuh għax trabba magħhom u ħadem fi djarhom. Dan kien il-mastrudaxxa, bin il-mastrudaxxa, wieħed minnhom u bħalhom.

Ġesù jippreżenta ruħu biex jaqra u jispjega dak li jkun qara. San Luqa jagħtina dettalji li juruna sewwa dak li qed jiġri. Qam biex jaqra, tawh il-ktieb, fetħu u sab (u qara), kebbeb il-ktieb, tah lura u qagħad biqliegħda. Għajnejn kulħadd kienu fuqu u widnejn kulħadd kienu qed jistennew, iżda l-imħuħ u l-qlub kienu magħluqa.

Min hu Ġesù? Ma jiddeskrivix lilu nnifsu b’dak li jidher imma bil-missjoni tiegħu. Huwa mibgħut u kkonsagrat biex jagħmel ħidma speċifika. Huwa dak li jħabbar, iwassal, irodd u jxandar. Mhux biss il-profeta li jwassal, għax mibgħut, il-kelma ta’ Alla lill-bnedmin imma għandu s-setgħa li jagħti lura u jniedi il-ħniena ta’ Alla. Aħbar tajba għal min hu bla libertà, għal min hu maħqur, għal min jisnab fid-dlam u għall-midjunin (is-sena tal-grazzja kienet tfisser li kull dejn huwa maħfur).

Bħalma kienet ta’ ferħ il-preżentazzjoni tiegħu minn Ġwanni meta wrieh bħala dak li jaħfer id-dnubiet tad-dina, hawn ukoll l-Evanġelista jrid jimla bil-kuraġġ il-qlub ta’ dawk li jħossuhom li m ajistgħux jikkomunikaw ma’ Alla u msieħba fil-kommunità tal-bnedmin minħabba s-sitwazzjoni li jinsabu fiha. Ġesù jippreżenta lilu nnifsu bħala l-imwiegħed ta’ Alla, bħala l-qaddej tiegħu, dak li ried juri x’inhu l-ħsieb ta’ Alla għall-bnedmin.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading