L-iskola tas-Seminarju tal-Arċisqof tiċċelebra Jum l-Iskola


Il-Ġimgħa, 25 ta’ Jannar 2019: Is-Seminarju Minuri tal-Arċisqof iċċelebra Jum l-Iskola bit-tema ta’ din is-sena kienet: Be God’s Microphone (Kun il-Microphone tal-Mulej), espressjoni ta’ San Oscar Romero.

Fil-bidu tal-ġurnata, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ltaqa’ mal-istudenti tad-disgħa, l-għaxar u l-ħdax-il sena. Waqt diskussjoni mal-istudenti ġie diskuss kif iż-żgħażagħ llum għandhom jinkoraġġixxu lil xulxin speċjalment billi jużaw kliem li jibni lill-oħrajn. L-istess tema ġiet diskussa mal-istudenti tas-seba’ u t-tmien sena.

Wara, l-Arċisqof ħa sehem f’ċelebrazzjoni mal-istudenti u l-istaff tal-primarja. It-tema ta’ din iċ-ċelebrazzjoni kienet li l-istudenti għandhom ikunu iżjed attenti dwar kif jitkellmu bejniethom u anke mal-adulti. Il-ġurnata ntemmet b’laqgħa mal-istaff li matulha kellhom l-opportunità li jiddjalogaw mal-Arċisqof. Huwa fakkar lill-istaff fir-responsabbiltà tagħhom li jkomplu jikbru fil-fidi biex ikunu jistgħu jaqsmuha mal-istudenti.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.