Kampanja internazzjonali mogħti l-Premju Nobel għall-Paċi


L-Erbgħa 30 ta’ Jannar 2019: Bħalissa għaddejja kampanja internazzjonali sabiex ir-raħal ta’ Riace jingħata l-Premju Nobel għall-Paċi 2019. Riace huwa raħal żgħir fin-Nofsinhar tal-Italja, raħal fqir u mbattal min-nies minħabba l-emigrazzjoni u l-qgħad. Iżda dan ir-raħal ħa lura l-ħajja grazzi għal mudell innovattiv ta’ lqugħ tal-immigranti u r-refuġjati li ġie magħruf u apprezzat mal-Ewropa kollha. Riace huwa responsabbli mill-integrazzjoni tar-refuġjati u l-ħolqien ta’ attivitajiet li joħolqu impjiegi kemm għar-refuġjati u kemm għar-residenti nfushom.

palladium-premio-nobel-pace-mimmo-lucanoDin il-kampanja internazzjonali qed titlob ukoll li s-sindku tar-raħal jingħata ċ-ċittadinanza onorarja. Is-Sindku Domenico Lucano minħabba l-ħidma tiegħu favur l-integrazzjoni tar-refuġjati ġie attakkat bosta drabi u b’ħafna modi. L-ewwel ma ngħatax fondi u mbagħad ġie arrestat, rilaxxat, sospiż mill-ħidma tiegħu ta’ sindku, ġie pprojbit milli jgħix fir-raħal u saħansitra ġie mixli li għen l-immigrazzjoni illegali u kkonfoffa biex iwettaq krimini. Dan huwa mudell perikoluż għall-gvernijiet Taljani li qed ifittxu li jiġbdu l-kunsens u s-suċċess elettorali permezz ta’ kampanja ta’ biża’, mibgħeda, misinformazzjoni u demonizzazzjoni tal-migranti li jiġu mpinġija bħala invażuri.

Din il-kampanja internazzjonali favur il-kandidatura tar-raħal ta’ Riace għall-Premju Nobel għall-Paċi hija wkoll għajta ta’ appoġġ għal dawk il-ħafna bliet u rħula Taljani li taw huma wkoll sinjal importanti ta’ solidarjetà ma’ dawk li jopponu t-tendenzi razzisti u diżumani b’azzjonijiet konkreti u riskji personali serji.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.