MGĦAMMDIN U MIBGĦUTIN – IL-KNISJA TA’ KRISTU F’MISSJONI FID-DINJA
Ix-xahar Missjunarju Straordinarju Ottubru 2019
Il-Ħamis 31 ta’ Jannar 2019: Fl-2019 tagħlaq 100 sena L-Ittra Appostolika tal-Papa Benedittu XV Maximum Illud dwar il-ħidma tal-missjunarji fid-dinja. Biex jiġi ċċelebrat dan l-anniversarju il-Papa Franġisku nieda x-Xahar Missjunarju Straordinarju li jiġi ċċelebrat f’Ottubru 2019.
It-tema tax-Xahar Missiunarju Straordinarju Ottubru 2019
Il-Papa għażel bħala tema għax-xahar Missjunarju Straordinarju “Mgħammdin u mibgħutin: Il-Knisja ta’ Kristu f’Missjoni fid-dinja”. Terġa’ tqajjem l-għarfien tal-missio ad gentes u terġa’ tieħu f’idejha b’ħeġġa ġdida ir-responsabbiltà għat-tħabbir tal-Vanġelu, ħalli jkunu ħaġa waħda flimkien il-ħeġġa pastorali tal-Papa Benedittu XV fil-Maximum Illud u l-ħajja missjunarja kif imfissra fl-Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium: “Il-ħidma missjunarja hija l-paradigma ta kull opra tal-Knisja” (EG 15).
Kif għandna ngħixu x-Xahar Missjunarju Straordinarju f’Ottubru 2019
Il-Papa qed jurina erba’ punti li fuqhom għandna nimxu sabiex ngħixu b’mod sħiħ il-mixja ta’ preparazzjoni u t-twettiq tax- Xahar Missjunarju f’Ottubru 2019.
- Il-laqgħa personali ma’ Ġesù Kristu ħaj fil-Knisja Tiegħu permezz tal-Ewkaristija, il-Kelma ta’ Alla, it-talb personali u komunitarju.
- Ix-xhieda: il-qaddisin, il-martri tal-missjoni u l-konfessuri tal-fidi, espressjoni tal-Knejjes imxerrdin mad-dinja kollha.
- Il-formazzjoni missjunarja: skrittura, katekeżi, spiritwalità u teologija;
- Il-karità missjunarja.
Il-Kongregazzjoni tal-‘Propaganda Fide’
Imwaqqfa fis-sena 1622 skont ir-rieda tal-Papa Gregorju XV, il-Kongregazzjoni tal- ‘Propaganda Fide’ hija responsabli għall-promozzjoni, il-koordinazzjoni u d-direzzjoni tal-ħidma ta’ evanġelizzazzjoni dei popli u tal-kooperazzjoni missionarja fi ħdan il-Knisja. Il-Papa San Pawlu VI fis-sena1967, fil-waqt li tenna l-validità tas-servizz appostoliku, ta lil Propaganda Fide l-sem ġdid ta’ Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popoli (KEP). L-effettività konkreta tal-fidi nisranija permezz tal-karità tagħmel l-imgħammdin kollha responsabbli biex isostnu u jgħinu lill-Papa fil-missjoni tiegħu bħala Ragħaj Universali.
Opri Missjunarji Pontifiċji
It-talb, is-sagrifiċċju tagħna nfusna, il-vokazzjonijiet missjunarji u għajnuna materjali jkomplu jirrappreżentaw l-impenn plurisekulari tal-Opri Missjunarjii Pontifiċji (OMP), imwielda fis-sekli XIX u XX mill-ħerqa missjunarja tal-lajċi u l-kleriċi. Flimkien, il-Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popli (CEP) u s-Soċjetajiet tal-Opri Missjunarji Pontifiċji (OMP), qed jitħarrġu mill-ġdid “l-isforz biex jiġbru u jqassmu għajnuna materjali fid-dawl tal-missjoni u l-formazzjoni li din teħtieġ, sabiex il-kuxjenza, l-għarfien u r-responsabbiltà missjunarja jerġgħu jagħmlu sehem mill-esperjenza ordinarja tal-Poplu t’Alla kollu kemmhu, fidil u qaddis “(Papa Franġisku lid-Diretturi Nazzjonali tal-OMP, 1 ta’ Ġunju 2018).
Rapport bil-Malti minn Louis Spiteri