Il-Kardinal Newman u l-Indjana Sr. Mariam Thresia fi triqithom għall-qdusija


Il-Ħamis 14 ta’ Frar 2019: Il-Papa Franġisku fit-12 ta’ Frar ta l-awtorità lill-Kongregazzjoni għall-Kawżi tal-Qaddisin sabiex tippromulga 8 digrieti, inklużi dawk tal-Kardinal Newman u Swor Mariam Thresia.

Il-Papa Franġisku nhar it-Tlieta fetaħ it-triq għall-qdusija tal-magħruf Kardinal Ingliż John Henry Newman u soru Indjana, kif ukoll għal 6 oħra: pass eqreb lejn il-kanonizzazzjoni.

Il-Papa rċieva f’udjenza lill-Kardinal Angelo Becciu, il-Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Vatikan għall-Kawżi tal-Qaddisin u approva żewġ digrieti dwar il-mirakli li jwasslu għall-qdusija, digriet dwar il-martirju u 5 dwar il-virtujiet erojiċi

Il-Kardinal Newman

newman.jpgMiraklu attribwit lill-interċessjoni tal-lKardinal Newman ġie rikonoxxut bħala mezz ċar għall-kanonizzazzjoni.

Mwieled f’Londra fil-21 ta’ Frar 1801 u miet f’Egbaston fil-11 ta’ Awwissu 1890, it-teologu u l-poeta magħruf kien, l-ewwel, qassis Anglikani u, aktar tard, qassis u kardinal Kattoliku, u li kien figura importanti fl-istorja reliġjuża tal-Ingilterra ta’ żmienu.

Huwa kien wieħed mill-figuri ewlenin tal-‘Oxford Movement’ li oriġina fl-Università ta’ Oxford fl-1833, li ħabrek sabiex jorbot iktar mill-qrib il-Knisja Anglikana mal-Knisja Kattolika Rumana.

Huwa meqjum kemm mill-Knisja Kattolika kif ukoll mill-Knejjes Anglikani.

Bħala qassis Kattolioku waqqaf l-Oratorju ta’ San Filippu Neri f’Edgbaston, fl-Ingilterra.

Il-Papa Benedittu XVI ibbejatifika lill-Kardinal Newman fid-19 ta’ Settembru, 2010, f’Birmingham, l-Ingilterra.

Forsi l-innu u poeżija li għalih hu l-iktar magħruf huwa “Lead kindly light.”

Sr. Mariam Thresia

thresiaIl-Papa Franġisku għaraf miraklu ieħor, li fetaħ it-triq għall-kanonizzazzjoni ta’ soru Indjana, il-Beata Mariam Thresia Chiramel Mankidiyan, il-fondatriċi tal-Kongregazzjoni tal-Familja Mqaddsa (CHF).

Is-soru, li kienet tagħmel sehem mill-Knisja Kattolika Syro-Malabar, twieldet f’Putenchira fis-26 t’April 1876 u mietet f’Kuzhikkattussery fit-8 ta’ Ġunju 1926.

Hija magħrufa għall-karità straordinarja tagħha, speċjalment għall-imħabba qabel kollox għall-ifqar fost il-fqar.

Kienet iddikjarat venerabbli fit-28 ta’ Ġunju, 1999 u ġiet bejatifikata fid-9 t’ April, 2000 mill-Papa San Ġwann Pawlu II f’Ruma.

Rapport minn Louis Spiteri

Published by

laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.