MIN JIMXI WARA KRISTU JKOLLU JBATI


12. Il-Ħamis wara t-Tieni Ħadd tal-Għid

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Kbar huma l-ħsarat tar-raġel sewwa, iżda minnhom kollha ħelsu l-Mulej (Salm 34, 20).

Min jimxi wara Kristu jkollu jkun bħalu, sinjal ta’ kontradizzjoni. Għalhekk ikun hemm min jammirah u jsib min jobogħdu u jippersegwitah.

Dan jiġri peress li min ikun jgħix ħajja tajba jkun ta’ ċanfira indiretta għall-ħżiena li ma jridux jafu bit-tajjeb. U għalhekk dawn jagħtuh fastidju. Dan narawh mill-Qaddej Sofferenti ta’ Jahweh li nsibu fil-ktieb ta’ Isaija, u li huwa figura ta’ Kristu. Kull għemil tajjeb ma jogħġobx lil min iħobb il-ħażen.

Min jimxi wara Kristu ser jgħaddi ftit jew wisq mit-triq li għadda minnha Kristu. Iżda Kristu ma mexiex biss fit-tbatija iżda wasal għall-glorja billi Alla qajmu mill-mewt. U l-istess ser jiġri lil min jimxi wara Kristu. Veru li ser isib l-iebes iżda Alla mhux ser jinsieh u jeħilsu mix-xibka tal-ħżiena; jiġifieri jagħtih l-qawwa u l-kuraġġ biex jegħleb id-diffikultajiet li joħolqu l-ħżiena.

Forsi wieħed jistaqsi jekk ikunx aħjar li ma jimxix mit-triq li terraq Kristu fiha. Veru li mhux ser ikun sinjal ta’ kontradizzjoni iżda t-triq l-ħażina ddaħħal lill-bniedem fi sqaqien mudlama li huma agħar minn dawk li jsib fihom il-bniedem sewwa.

Il-bniedem il-ħażin ikollu jġarrab ukoll il-konsegwenzi ta’ għemilu. U flok il-paċi jsib il-konfużjoni u n-nuqqas ta’ sliem. Għalhekk, l-esperjenza tgħidilna li wieħed xorta waħda jrid isofri … sew jekk ikun miexi wara Kristu, sew għax ikun imbiegħed minnu; imma t-tbatija tat-tieni tkun ferm agħar.

Min jimxi wara l-Mulej isib il-paċi kemm f’din id-dinja u kemm fil-ħajja eterna. Dan għaliex min jimxi wara Kristu mhux qiegħed jimxi wara tellief iżda wara rebbieħ. U la qiegħed jimxi wara persuna rebbieħa, it-triq li jkun għaddej minnha ser twasslu għar-rebħa tal-ħajja ta’ dejjem.

F’mewtu l-bniedem ġust jifraħ għax jara l-frott ta’ għemilu; avolja fid-dinja ħadd ma kien jafhulu u forsi kien hemm min ippersegwitah. L-aqwa hi li t-tbatija wasslitu għall-glorja eterna ma’ Kristu Rxuxtat.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.