Il-Knisja Kattolika f’Kuba


Arċidjocesi f’Kuba fetħet id-Dar għall-Anzjani Mons Adolfo. Dan seħħ fil-25 ta’ Mejju meta l-Arċisqof Wilfredo Pino Estevez qal li din l-inizjattiva wriet kif l-istat Kuban u l-Knisja jistgħu jikkoperaw.

wilfredo-pino-estevez_560x280.jpg
L-Arċisqof  Kuban Wilfredo Pino Estevez

Huwa qal li jemmen li l-Sistema tas-Saħħa Pubblika u l-Knisja taw eżempju ta’ kif jistgħu jaħdmu flimkien għall-ġid komuni. Huwa saħaq li din l-inizjattiva għandha ssir f’postijiet fejn il-Knisja Kattolika Kubana u l-Istat jistgħu jaħdmu flimkien.

”Dan juri li fl-aħħar mill-aħħar, ilkoll ninsabu għas-servizz tal-istess poplu Kuban,” qal il-prelat, fil-preżenza tal-Sorijiet Kamiljani li se jaqdu lill-anzjani.

Id-dar iġġib l-isem tal-Arċisqof Adolfo Rodriguez Herrera li mexxa d-djoċesi għal 40 sena. Id-dar ħadet 13-il sena biex tlestiet u hija kisba kbira ghall-Knisja f’Kuba.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija