Il-Christus vivit bil-Malti


L-aħħar Eżortazzjoni appostolika tal-Papa Franġisku dwar iż-żgħażagħ issa tinsab f’idejna bil-lingwa Maltija.

Christus vivit – “Kristu jgħix” – huma, fi kliem Franġisku, “l-ewwel kelmiet li nixtieq illissen lil kull żagħżugħ Nisrani huma: Hu jgħix u jridek ħaj!”.

cv_front_book_cover_284x400-1L-Eżortazzjoni appostolika, frott is-Sinodu tal-Isqfijiet li ltaqa’ f’Ottubru li għadda f’Ruma biex jiddiskuti “ż-żgħażagħ, il-fidi u d-dixxerniment vokazzjonali”, ġiet iffirmata mill-Papa nhar it-Tnejn 25 ta’ Marzu 2019, waqt żjara fid-Dar Imqaddsa ta’ Loreto, u hi indirizzata “liż-żgħażagħ u lill-poplu kollu ta’ Alla”.

Fid-dokument, magħmul minn disa’ kapitli mqassma f’299 paragrafu, il-Papa jfisser kif ħalla “jnebbħu l-għana tar-riflessjonijiet u tad-djalogi tas-Sinodu”.

Il-verżjoni Maltija hi aċċessibbli kemm f’format diġitali u kemm f’wieħed stampat. Kopji tal-ktieb (qoxra iebsa: €7.50, qoxra ratba: €4.50) jistgħu jinxtraw mill-ħwienet ta’ Emmaus f’Birkirkara u fil-Belt Victoria, kif ukoll minn ħwienet oħra tal-kotba.

Il-verżjoni onlajn tinstab fuq http://www.laikos.org/CV.htm