L-Isqfijiet tal-Amażonja ser jiltaqgħu fil-Vatikan

Print Friendly, PDF & Email

Se ssir laqgħa reġjonali tal-Isqfijiet – assemblea speċjali tas-Sinodu tal-Isqfijiet – biex jistudjaw kif il-Knisja tista’ tkun aktar preżenti fir-reġjun tagħhom li jħaddan fih disa’ nazzjonijiet differenti.  Il-laqgħa se ssir fil-Vatikan bejn is-6 u s-27 ta’ Ottubru li ġej.

Il-Vatikan ippubblika d-dokument tal-ħidma (Documentum laboris) bil-lingwa Spanjola.  Il-qofol tad-dokument huwa l-għajta tal-Amazonia li qed titlob lill-Knisja tkun aktar qrib u ssir allejata biex jintlaħaq kulħadd, speċjalment il-foqra li jfittxu l-milja vera u d-dinjità umana f’ħajjithom. Dan hu riżultat ta’ proċess ta’ smigħ li  kien inbeda mill-Papa Franġisku waqt iż-żjara li kien għamel f’Puerto Maldonado, fil-Perù, f’Jannar tal-2018 u kompliet permezz ta’ konsutlazzjoni wiesa mar-reġjun amazzoniku kollu u waqt laqgħa oħra pre-Sinodali f’Mejju li għadda.

Il-ħsieb ewlieni tad-dokument hu: nisimgħu lil Alla għax miegħu inkunu nistgħu nisimgħu ukoll il-karba tal-poplu.

L-Amazonia hi l-qalba tal-Amerika t’Isfel, reġjun ta’ 7.8 mijun kilometru kwadru.  It-territorju jiġbor fih disa’ nazzjonijiet: il-Brażil, il-Bolivja, il-Perù, l-Ekwador, il-Kolombja, il-Venezwela, il-Guyana, is-Suriname u l-Guyana Franċiża.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

%d bloggers like this: