Illum fil-Quddiesa qrajna dwar RUT. Interressanti kif daħlet fil-ġrajja ta’ Ġesù. Elimelek u martu Nogħemi, flimkien maż-żewġ uliedhom subien, Maħlon u Kiljon, minn Betlehem, marru jgħixu fl-art ta’ Mowab għax f’pajjiżhom kien waqa l-ġuħ. Iż-żewġ uliedhom iżżewġu nisa Mowabin, Għorfa u Rut.
Wara għaxar snin, iż-żewġ irġiel mietu. Nagħomi, li kienet ukoll armla, baqgħet waħidha maż-żewġ nisa ta’ wliedha. Billi l-ġuħ f’artha kien intemm, Nagħomi ħasb t biex terġa’ lura. Qalet liż-żewġ nisa ta’ wliedha biex jerġgħu lura għand ommhom u jerġgħu jiżżewġu għax kien għadhom żgħar. Għorfa bieset lil Nogħemi u telqet. Imma Rut le, għalkemm Nogħemi ssikkata biex titlaq.
It-tnejn waslu Betlehem fil-bidu tal-ħsad tax-xgħir Rut marret fl-għelieqi tlaqqat xi sbul wara l-ħassada. Marret fil-għalqa ta’ Bogħaż li xħin raha, inġibed lejha u qal lill-ħassada biex iħallu aktar xgħir fl-art biex hi tiġbru. U qalilha biex tibqa’ tmur hemm u ma tmur imkien ieħor. Għax kien jaf l-imħabba li kellha lejn Nogħemi meta baqgħet magħha. Bogħaż iżżewweġ lil Rut. Kellhom iben li semmietu Għobed. Għobed hu missier Isaj, missier David. Jiġifieri Rut hi l-bużnanna ta’ David, li min-nisel tiegħu għandna lil Ġużeppi, Marija u Ġesù’.
Kitba ta’ Joe Galea