Nannu Ingliż li jemmen li l-ilma qaddis ta’ Lourdes fejjaq it-tumur tiegħu se jgħaddi minn għarbiel ta’ bord ta’ tobba. Kazik Stepan kien beżgħan li ħajtu kienet waslet fit-tmiem wara li ta’ 18-il sena nstab li kellu tumur fis-sinsla ta’ dahru.
Madankollu, Stepan jisħaq li sar miraklu fuqu wara li niżel fil-banju tal-ilma f’Lourdes, u bis-saħħa ta’ dan il-miraklu, seta’ jimxi għall-ewwel darba f’bosta xhur.
Huwa kien mogħti “ir-rigal tal-ħajja” hekk kif niżel fil-nixxiegħa naturali f’għeluq snin San Bernardetta, jum ta’ festa qaddisa fl-1965, wara pellegrinaġġ li fih ma kienx mistenni jmur lura pajjiżu.
Il-Madonna kienet qalet lil Bernardette biex tixrob u tinħasel f’ilma tan-nixxiegħa fil-Grotta ta’ Massabielle.
Kull sena mijiet ta’ persuni jgħidu li fiequ f’Lourdes iżda l-Knisja Kattolika ċċertifikat biss 70 miraklu.
Stepan, li llum għandu 70 sena, sejjer lura Lourdes biex jara jekk dan il-miraklu jkunx ivverifikat mill-Kumitat Mediku Internazzjonali ta’ Lourdes, magħmul minn 30 tabib. Iżda qabel mal-miraklu jkun ikkonfermat, iridu jkunu ċerti li kellu xi marda li ma kienx hemm kura għaliha, qabel mat-tobba jistgħu jgħidu li l-pazjent “kienx imbierek b’fejqan dejjiemi.”
Dan il-kumitat mistenni jħabbar ir-riżultat f’Ottubru. Jekk dan il-miraklu jkun konfermat, Stepan isir l-ewwel Ingliż li sab il-fejqan mirakoluż f’Lourdes.
annu Ingliż li jemmen li l-ilma qaddis ta’ Lourdes fejjaq it-tumur tiegħu se jgħaddi minn għarbiel ta’ bord ta’ tobba. Kazik Stepan kien beżgħan li ħajtu kienet waslet fit-tmiem wara li ta’ 18-il sena nstab li kellu tumur fis-sinsla ta’ dahru.
Madankollu, Stepan jisħaq li sar miraklu fuqu wara li niżel fil-banju tal-ilma f’Lourdes, u bis-saħħa ta’ dan il-miraklu, seta’ jimxi għall-ewwel darba f’bosta xhur.
Huwa kien mogħti “ir-rigal tal-ħajja” hekk kif niżel fil-nixxiegħa naturali f’għeluq snin San Bernardetta, jum ta’ festa qaddisa fl-1965, wara pellegrinaġġ li fih ma kienx mistenni jmur lura pajjiżu.
Il-Madonna kienet qalet lil Bernardette biex tixrob u tinħasel f’ilma tan-nixxiegħa fil-Grotta ta’ Massabielle.
Kull sena mijiet ta’ persuni jgħidu li fiequ f’Lourdes iżda l-Knisja Kattolika ċċertifikat biss 70 miraklu.
Stepan, li llum għandu 70 sena, sejjer lura Lourdes biex jara jekk dan il-miraklu jkunx ivverifikat mill-Kumitat Mediku Internazzjonali ta’ Lourdes, magħmul minn 30 tabib. Iżda qabel mal-miraklu jkun ikkonfermat, iridu jkunu ċerti li kellu xi marda li ma kienx hemm kura għaliha, qabel mat-tobba jistgħu jgħidu li l-pazjent “kienx imbierek b’fejqan dejjiemi.”
Dan il-kumitat mistenni jħabbar ir-riżultat f’Ottubru. Jekk dan il-miraklu jkun konfermat, Stepan isir l-ewwel Ingliż li sab il-fejqan mirakoluż f’Lourdes.
Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija