Sentejn wara l-vjaġġ tal-Papa fil-Kolombja

Print Friendly, PDF & Email

Fit-tieni anniversarju taż-żjara appostolika tal-Papa Franġisku fil-Kolombja, l-Isqfijiet tal-pajjiż ġeddew l-appell tagħhom liċ-ċittadini kollha Kolombjani biex isewgwu u jħaffu t-triq għal paċi definittiva, rikonċiljazzjoni personali u soċjali u ċaħda tal-vjolenza bħala mezz kif jingħelbu l-inugwalzjani kif ukol lit-tisħiħ tal-unità u l-istituzzjonalità.

colombia.jpgL-Isqfijiet sejħu għal appoġġ għal dawk li ħallew l-armi biex jerġgħu jidħlu fil-ħajja politika, ekonomika u soċjali u esprimew l-appoġġ sħiħ tagħhom għal dawk li huma impejnati fil-proċess ta’ paċi mingħajr armi.

L-Isqfijiet tal-Kolombja fakkru li biex tinkiseb il-paċi hemm bżonn li jiġu ggarantiti l-ġustizzja u l-verità lill-vittmi, li jibqgħu jiġu mfittxija l-persuni nieqsa u li jiġu pprovduti forom ta’ riparazzjoni. L-Isqfijiet raddew ħajr lill-Gvern tal-Kolombja għall-isforzi li qed iwettaq f’dan ir-rigward.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

%d bloggers like this: