Proġetti mill-‘Aid to the Church in Need’


Sa mill-2011, l-‘Aid to the Church in Need’ (L-Għajnuna lill-Knisja fil-Bżonn) iffinanzjat 850 projetti li bihom għenet 127,000 familja fis-Syria. 46,000 tfal, żgħażagħ u student bbenefikaw ukoll mill-ACN. It-tieni parti tal-proġett tal-ACN mill-Knisja Kattolika u Ortodossa fis-Sirj,a beda nhar il-Ħadd 15 ta’ Settembru, għall-familji li l-għeżież tagħhom ġew maħtufa jew maqtula matul it-8 snin ta’ konflitt fis-Sirja. Dakinhar il-Papa Franġisku bierek ikona tal-Madonna fil-knisja ta’ Santa Marta, fil-Vatikan, u bierek 6000 kuruna tar-Rużarju biex jitqassmu f’parroċċi fl-34 djoċesi tas-Sirja.

https://www.acnmalta.org/2019/09/19/acn-assists-127000-families-in-syrian-conflict/

Rapport minn Joe Galea