Ir-razziżmu hu struttura ta’ dnub

Print Friendly, PDF & Email

“Ebda persuna ma għandha tispiċċa l-iskarta tal-istorja. ” Dan qalu fl-omelija li għamel ‘ilbieraħ l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi fil-Knisja tas-Salib Imqaddes fil-Furjana waqt quddiesa ċelebrata fl-okkażjoni ta’ Jum il-Migranti u r-Refuġjati.

Huwa għamel riflessjoni fuq il-messaġġ tal-Papa  Franġisku għal dan il-jum fejn qal li qalb il-“globalizzazzjoni ta’ indifferenza” li teżisti llum, “il-migranti, ir-refuġjati, il-persuni maqlugħin minn għeruqhom u l-vittmi tat-traffikar saru emblemi ta’ esklużjoni.” Minbarra t-tbatija li jgħaddu minnha minħabba l-qagħda mwiegħra tagħhom, in-nies spiss tħares bl-ikrah lejhom. Dan hu allarmanti għax ikompli jwitti t-triq ta’ kultura li tarmi lill-bniedem.

L-Isqof qal li meta r-refuġjati jiġu jfittxu l-kenn u s-sigurtà u ġejjieni aħjar, aħna kultant jaqbadna l-biża’. Ir-razziżmu hu struttura ta’ dnub li jikkontradixxi l-ħolqien tagħna lkoll indaqs fuq xbieha tal-Ħallieq għax aħna lkoll xbieha ta’ Alla, aħna ta’ liema kulur jew razza aħna.

Ara l-omelija kollha fil-Laikos … https://laikosblog.org/2019/09/29/quddiesa-fjum-il-migranti-u-r-refugjati/

%d bloggers like this: