Vanġelu (Lq 16, 19-31): Il-parabbola tas-sinjurun (Epuluni) u l-fqir hija magħrufa ħafna. Nafu li llum, 99% tal-ġid tad-dinja qiegħed f’idejn 1% tal-popolazzjoni. B’hekk miljuni ta’ nies jgħixu f’faqar estrem u jmutu żgħar, waqt li s-sinjuruni jagħmlu kapriċċi esaġerati bla rażan biex jaqtgħu l-iżgħar xewqa tagħhom. Imma dan parti mill-pjan t’Alla? Għal xi żmien, il-Knisja kienet taċċetta li “fis-soċjeta’ umana, skont l-ordni stabbilit minn Alla, ikun hemm prinċpijiet u sudditi, sidien u ħaddiema, sinjuri u fqar….b’obbligu tas-sinjuri li jgħinu lill-fqar” (Papa Ljun X111: Quod Apostolici Muneri).
Aktar