Insejna nosservaw

Dan l-aħħar iltqajt ma’ ħsieb li ħareġ mill-moħħ u mill-qalb ta’ produttur tal-films, kittieb u anki ħassieb fil-qasam ċinematografiku Russu, Andrei Tarkovsky (twieled fl-4 t’April 1932 u miet fid-29 ta’ Diċembru 1986). Dan il-bniedem kbir fil-qasam ċinematografiku tal-era Sovjetika qal hekk: Insejna nosservaw. Minflok nosservaw qiegħdin inwettqu l-affarijiet skont sistemi. Continue reading Insejna nosservaw

L-Isqof Mario Grech fil-pussess tal-Kan. Simon M. Cachia

Is-Sibt, 30 ta’ Novembru 2019: Omelija tal-E.T. Mons. Mario Grech, Amministratur Appostoliku għal Għawdex, fl-Inawgurazzjoni tal-Ministeru Pastorali tal-Kan. Simon M. Cachia bħala Kappillan tal-Parroċċa tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Fontana.

Bil-kortesija ta’ John Cordina Continue reading L-Isqof Mario Grech fil-pussess tal-Kan. Simon M. Cachia

Il-Papa f’Santa Marta: Il-mewt hi tgħannieqa mal-Mulej

Il-Ġimgħa, 29 ta’ Novembru 2019: Fl-aħħar ġimgħa tas-sena liturġika l-Knisja tistedinna nirriflettu dwar it-tmiem, it-tmiem tad-dinja, it-tmiem ta’ kull wieħed u waħda minna u dan insibuh fl-Evanġelju tal-lum li fih Luqa (21, 29.33) itenni kliem Ġesù: “L-art u s-sema jgħaddu imma kliemi ma jgħaddix”. Continue reading Il-Papa f’Santa Marta: Il-mewt hi tgħannieqa mal-Mulej