Illum il-Knisja tagħmel il-Festa tad-Dedikazzjoni tal-Bażilika tal-Lateran


Fid-9 ta’ Novembru l-Knisja tagħmel il-Festa tad-Dedikazzjoni tal-Bażilika tal-Lateran.

 

Fil-bidu tal-Knisja l-kult kien isir f’xi dar privata, u fil-persekuzzjonijiet ġol-katakombi jew ċimiterji, li l-liġi ta’ Ruma kienet tipproteġi. Iżda għall-ħabta tas-sena 225, insibu ġa postijiet speċjali wżati bħala knejjes, u fil-bidu tar-raba’ seklu kien hemm ġa xi erbgħin knisja.

L-Imperatur Kostantinu (306–337) ġab fit-tmiem tliet sekli ta’ persekuzzjoni lill-Knisja. Fis-sena 313, martu Fausta tat il-palazz tagħha, li kien bnieh Kostantinu fuq l-għolja tal-Lateran, lill-Papa San Milzjade.

Fid-9 ta’ Novembru 324, il-Papa San Silvestru I ikkonsagra solenniment nofs il-palazz bħala knisja li semmiet għas-Salvatur. Probabbilment din kienet l-ewwel konsagrazzjoni pubblika ta’ knisja. Il-Battisteru tagħha bnieh ġdid Kostantinu, kważi kif jinsab illum, u ġie ddedikat lil San Ġwann il-Battista, u fih bdew jiġu mgħammda l-Insara ta’ Ruma.

San Silvestru żamm in-nofs l-ieħor tal-palazz, bħala r-residenza u l-Kurja tiegħu, li dam jiġi wżat hekk għal aktar minn elf sena sakemm fl-erbatax-il seklu, il-Papa mar jgħix fl-eżilju ta’ Avignon.

Sal-ġurnata tal-lum, din il-knisja hija l-Katidral ta’ Ruma, fejn il-Papa għandu l-Katedra tiegħu. Hi tiġi l-ewwel u hi l-iktar waħda antika fost l-erba’ Bażiliki Patrijarkali ta’ Ruma. It-tlieta l-oħra huma: il-Vatikan, Santa Marija Maggiore, u San Paolo Fuore Le Mure.

Fil-Lateran saru ħames Konċilji Ekumeniċi, u għoxrin Sinodu. Fih hemm relikwi prezzjużi għall-Knisja, fosthom l-irjus ta’ San Pietru u San Pawl, l-artal żgħir li fuqu San Pietru ġieli wżah biex iqaddes fi djar privati, u l-mejda tal-aħħar ikla, li fuqha Sidna Ġesù waqqaf is-Sagrament tal-Ewkaristija.

Permezz ta’ din it-tifkira l-Knisja titlobna biex nistqarru l-fedeltà tagħna lejn il-Papa, u nwiegħdu li nżommu sħiħ it-tagħlim tiegħu; u biex turina wkoll li hi tagħraf il-knejjes kollha bħala postijiet tat-talb fejn il-Fidili jinġabru flimkien biex jaduraw lil Alla.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.