Illum il-Knisja tfakkar lil San Ġosafat


Fit-12 ta’ Novembru l-Knisja tfakkar lil San Ġosafat, Isqof u Martri li twieled għall-ħabta tas-sena 1580 u ħa l-martirju fis-sena 1623.

Ġwanni Kunsevich twieled fl-Ukrajna, għall-ħabta tal-1580, minn ġenituri Ortodossi. Missieru kien neguzjant. Meta kiber kellu jkun l-ewwel mexxej kbir tal-Kattoliċi Ruteni (Parti mill-Polonja u mir-Russja) li qabel ma ngħaqdu mal-Knisja ta’ Ruma fl-1595, kienu Xiżmatiċi.

Ma kellu l-ebda ħajra li jsir negozjant, anzi wara li ħaddan il-fidi Kattolika daħal reliġjuż fil-monasteru ta’ San Bażilju meta kellu madwar 24 sena, fl-1604.

Fl-1609, ordna saċerdot, u ħa l-isem ta’ Ġosafat. Sa mill-bidu tal-ordinazzjoni tiegħu beda jaħdem biex jgħaqqad il-Knisja Ortodossa ma’ ta’ Ruma. Fl-1614, sar Abbati. Fl-1617, sar Isqof ta’ Vitebsk, Russja, u ftit żmien wara, meta kellu 38 sena, inħatar Arċisqof ta’ Polotsk. Bil-ħidma ħabrieka tiegħu, l-Arċidjoċesi saret kważi kollha Kattolika.

Fl-1620, meta San Ġosafat kien f’Varsavja, il-Patrijarka Xiżmatiku tal-Palestina waqqaf Ġerarkija Xiżmatika f’Polotsk, b’Melezju bħala Arċisqof. Meta Ġosafat reġa’ lura fl-Arċidjoċesi sab taħwid kbir. Għad li Polotsk baqgħet sħiħa, inħawi oħra tal-Arċidjoċesi nħakmu minn tensjonijiet kbar, speċjalment Vitebsk li sar Ċentru ta’ ħafna nkwiet. Bil-ħsieb li jnaqqas it-tensjoni, Ġosafat mar Vitebsk. Iżda xi Xiżmatiċi fanatiċi armati, daħlu fid-dar fejn kien qed joqgħod, qabduh, sawtuh sa ma qatluh u tefgħu ġismu fix-xmara Dvina. Wara, ġismu ttieħed Polotsk.

Miet fit-12 ta’ Novembru, 1623. Huwa sar magħruf bħala l-Appostlu tal-għaqda bejn il-Knejjes Insara. Il-martirju tiegħu ġab l-Għaqda fost l-Insara, u saħansitra xi snin wara, Melezju għamel penitenza. L-Għaqda tar-Ruteni baqgħet sakemm l-Imperatriċi Katarina II tar-Russja u Nikola I għaqqdu bil-forza r-Ruteni Kattoliċi mal-Knisja Xiżmatika tar-Russja.

San Ġosafat kien l-ewwel wieħed mill-Lvant li ġie kkanonizzat formalment mill-Knisja, fl-1867.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.