Fond għall-vittmi milquta mit-terremot fl-Albanija

L-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex qed jappellaw għal donazzonijiet b’risq il-vittmi tat-terremot li seħħ fl-Albanija. Aktar minn 50 persuna tilfu ħajjithom filwaqt li mal-4,000 ruħ spiċċaw bla dar u hemm urġenza kbira għall-għajnuna.

Capture

Fuq talba tal-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, Caritas Malta b’kollaborazzjoni ma’ Caritas Internationalis qed tappella għal kontribuzzjonijiet ta’ flus. Il-fondi li jinġabru ser jgħinu wkoll lill-vittmi fl-Arċidjoċesi ta’ Tirana-Durrës li hija mmexxija mill-Arċisqof George Frendo O.P.

Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw ukoll lill-kappillani, jew jitwasslu personalment fl-uffiċini tal-Caritas, jew permezz ta’ ċekk indirizzat lil ‘Caritas Malta Emergency Fund’, 5, Triq l-Iljun, il-Furjana FRN 1514.

Jistgħu jiġu depożitati wkoll donazzjonijiet ta’ flus f’dawn il-kontijiet bankarji:
HSBC MT22MMEB44897000000089021513051
BOV MT78VALL22013000000040023270071
APS MT31APSB77046000489010489011015

Il-Knisja f’Malta qed tappella wkoll għat-talb għall-vittmi u għall-familji tagħhom, għal dawk kollha midruba, u għal dawk li qed jagħtu l-għajnuna tant meħtieġa.

Leave a Reply