Is-Solennità tal-Kunċizzjoni ċċelebrata nhar il-Ħadd li ġej

Print Friendly, PDF & Email

Il-Kongregazzjoni tal-Kult Divin u tad-Dixxiplina tas-Sagramenti tas-Santa Sede laqgħet it-talba tal-Isqfijiet Maltin biex is-Solennità tat-Tnissil bla Tebgħa tal-Imqaddsa Verġni Marija, il-Kunċizzjoni, tiġi ċċelebrata fil-ġurnata tagħha, jiġifieri nhar il-Ħadd li ġej, 8 ta’ Diċembru. Dan minkejja li l-festa taħbat fit-tieni Ħadd tal-Avvent.

Capture

Din l-awtorizzazzjoni ngħatat mill-kongregazzjoni lill-Provinċja Ekkleżjastika Maltija, jiġifieri l-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex, għal din is-sena biss. Għalhekk, il-Quddies kollu ta’ għada s-Sibt, 7 ta’ Diċembru filgħaxija u tal-Ħadd, 8 ta’ Diċembru jkun tat-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija. It-talba saret mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi.

Biex jinżamm l-ispirtu tal-Avvent, il-Liturġija tas-Sigħat (Brevjar) tibqa’ dik tat-Tieni Ħadd tal-Avvent.

Il-Qari tal-Quddiesa tas-Sibt filgħaxija u tal-Ħadd tista’ ssibu hawn … http://laikos.org/QQ/QF_081219.htm

Il-Brevjar tat-Tieni Ħadd tal-Avvent tista’ ssibu hawn …

http://www.laikos.org/LS/LS_081219.htm

 

 

Leave a Reply