Illum il-Knisja tfakkar lil San Ġwann ta’ Matha


Fis-17 ta’ Diċembru l-Knisja tfakkar lil San Ġwann ta’ Matha, li għex bejn is-snin 1160 sa 1213.

San Ġwann twieled fi Provence (Franza). Għal xi żmien għex bħala eremit, imbagħad mar Pariġi fejn ħa d-dottorat fit-teoloġija u kien ordnat saċerdot fl-1197 ta’ 37 sena.

Hu ngħaqad ma’ San Feliċ ta’ Valois fl-eremitaġġ tiegħu ta’ Cerfroid u għarraflu bl-idea tiegħu li jwaqqaf ordni reliġjuża għall-fidwa tal-ilsiera nsara minn taħt idejn il-Misilmin fi Spanja.

Lejn tmiem l-1197 it-tnejn marru Ruma u s-sena ta’ wara kisbu l-approvazzjoni tal-Papa Innoċenzju III għat-twaqqif tal-Ordni tat-Trinitari, bi Ġwanni bħala s-superjur. Huma wkoll kellhom l-approvazzjoni tar-re Filippu Awgustu ta’ Franza. L-ordni kiber u xtered fi Franza, Spanja, l-Italja u l-Ingilterra, u bagħat ħafna membri tiegħu fl-Afrika ta’ Fuq, u fdew għadd kbir ta’ lsiera.

It-Trinitari huma patrijiet kontemplattivi. L-ordni ħaddan elementi ta’ monastiċiżmu b’organizzazzjoni internazzjonali biex jixtru l-ilsiera nsara, jeħduhom lura lejn djarhom u jipprovdulhom għall-ħtiġijiet spiritwali u temporali matul iż-żmien tar-ripatrijazzjoni.

Meta l-jasar intemm, l-ordni ndaħal għal xogħol edukattiv flimkien mal-forom tas-soltu ta’ ħidma pastorali, iżda dejjem b’enfasi ewlenija fuq id-devozzjoni lejn it-Trinità Qaddisa. Illum dan l-ordni fih xi 800 patri.

San Ġwann ta’ Matha miet Ruma fis-17 ta’ Diċembru 1213, u r-relikwi tiegħu ġew trasferiti min Ruma għal Madrid fi Spanja fl-1655 u l-kult lejh kien approvat fl-1694. Xi kalendarji jfakkruh fit-8 ta’ Frar.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.