Illum il-Knisja tfakkar lil San Ġwann ta’ Kety


Fit-23 ta’ Diċembru l-Knisja tfakkar lil San Ġwann ta’ Kety, Saċerdot li għex bejn is-snin 1390 sa 1473.

San Ġwann twieled fir-raħal ta’ Kety, Djoċesi ta’ Krakow, il-Polonja, fit-23 ta’ Ġunju 1390. Hu studja fl-Universita’ ta’ Krakow minn fejn ordna saċerdot, u wara sar professur tat-teoloġija.

Għallem għal bosta snin fl-Universita’ ta’ Krakow; imbagħad l-għira ta’ xi wħud minn sħabu pperswadiet lis-superjuri tiegħu biex jibagħtuh bħala kappillan tal-parroċċa ta’ Ilkusi. Iżda wara xi tmien snin raġa mar Krakow jgħallem l-Iskrittura fl-Universita’ fejn baqa’ sakemm miet.

San Ġwann kien qaddis tipiku: kien bniedem ta’ fidi safja, twajjeb, umli, ġeneruż, dejjem ferħan iżda serju, u mimli mħabba lejn għajru tant li wasal li ta’ ġidu kollu lill-foqra.

B’xewqa li jmut martri, għamel pellegrinaġġ fl-Art Imqaddsa biex jippriedka fost il-Musulmani. F’ħajtu għamel erba’ pellegrinaġġi għal Ruma bil-mixi, iġorr ħwejġu fuq dahru.

San Ġwann miet fi Krakow lejliet il-Milied tal-1473. Ikkanonizzah il-Papa Klement XIII fl-1767.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.