Illum il-Knisja tiċċelebra s-Solennita’ tal-Imqaddsa Omm Alla, Marija


Fl-1 ta’ Jannar l-Knisja tiċċelebra s-Solennita’ tal-Imqaddsa Omm Alla, Marija.

Fl-ewwel tas-sena, il-Knisja tagħmel festa lill-Madonna bħala Omm Alla, l-ikbar privileġġ li Alla taha, u li qatt seta’ jagħti lil xi ħadd mill-kreaturi tiegħu.

Il-Knisja mhux biss tifraħ u tunura lill-Madonna, iżda tirringrazzjaha wkoll talli aċċettat dan il-privileġġ, li permezz tiegħu daħlet sieħba ma’ binha Ġesù fil-Fidwa tagħna.

Il-Madonna saret Omm Alla meta fit-tħabbira tal-Anġlu, aċċettat li ssir omm Ġesù.

Fuq il-Kalvarju, Ġesù ħallielna lil ommu Marija biex tkun l-Omm spiritwali tagħna, ħalli bħalma Hu ġie għandna permezz tagħha, hekk aħna mmorru għandu permezz tagħha.

Il-Konċilju ta’ Efesu fit-22 ta’ Ġunju tas-sena 431 wettaq it-titolu tradizzjonali ta’ Marija “Theotokos” (kelma Griega li litteralment tfisser: “Dik li ġarret fi ħdanha lil Alla” – fi kliem ieħor “Omm Alla”) għax dan jesprimi tajjeb ħafna d-dinjità unika ta’ Marija u l-fidi vera fil-misteru ta’ Kristu: persuna waħda divina li hi veru Alla u veru bniedem.

Il-festa tal-maternità divina ta’ Marija kien waqqafha Piju XI fl-1931 permezz tal-enċiklika Lux Veritatis fl-okkażjoni tal-15-il ċentinarju tal-Konċilju ta’ Efesu li xandar id-domma tal-maternità divina ta’ Marija. Fl-1969, din il-festa ġiet ittrasferita mill-11 ta’ Ottubru għall-ottava tal-Milied, u dan biex tfakkarna li l-misteru kbir tal-inkarnazzjoni tal-Iben ta’ Alla seħħ permezz ta’ Marija. Il-kobor ta’ Marija bħala omm Alla huwa tant kbir, li kif jgħid S. Wistin, lanqas hija stess ma tista’ tifhmu.

Bħal-lum ukoll titfakkar iċ-ċirkonċiżjoni ta’ Kristu, meta rċieva l-isem “Ġesù”.

Fl-1967, il-Papa Pawlu VI, waqqaf l-ewwel jum tas-sena bħala Jum Dinji tal-Paċi. Kull sena l-bnedmin kollha ta’ rieda tajba, jiġu mistiedna biex jitolbu għall-paċi. Kull sena wkoll, il-papa jxandar messaġġ għall-okkażjoni b’tema partikulari.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.