Illum il-Knisja tfakkar lil Beatu Ġordan tas-Sassonja


Fit-13 ta’ Frar l-Knisja tfakkar lil Beatu Ġordan tas-Sassonja, Presbiteru li twieled għall-ħabta tas-sena 1199 u miet fis-sena 1237.

Twieled f’Burberg, fil-Ġermanja, lejn tmiem is-seklu tnax. Ħa l-libsa tal-Ordni Dumnikan fil-kunvent ta’ Pariġi fit-12 ta’ Frar 1220 minn idejn il-Beatu Reġinaldu. Ġordan kien ħabib kbir tal-Fundatur San Duminku u l-ewwel wieħed li ngħażel Superjur Ġenerali bħala suċċessur ta’ San Duminku biex imexxi l-Ordni tal-Predikaturi.

Għal ħmistax-il sena Ġordan mexxa bi ħlewwa u tjieba kbira ż-żewġ fergħat tal-Ordni (patrijiet u sorijiet) iħeġġiġhom bil-kelma u l-eżempju tiegħu, jiktbilhom, iżurhom ta’ sikwit, u jirranġa l-kostituzzjonijiet.

Ġordan kellu mħabba kbira lejn il-Verġni Mbierka u għall-ġieħ tagħha ordna l-kant tas-Salve Regina wara l-kompjeta.

Il-Beatu Ġordan miet b’diżgrazzja fl-età ta’ madwar 37 sena, meta sab l-għarqa huwa u rieġa’ lura bil-baħar minn żjara fil-Provinċja tal-Art Imqaddsa. Kien it-13 ta’ Frar 1237. Il-Papa Piju XII wettaq il-qima lejh fl-10 ta’ Mejju 1826.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.