Is-SINODALITÀ fil-Knisja hu terminu importanti li se nisimgħu ħafna dwaru fix-xhur li ġejjin. Se jkun it-tema tas-Sinodu tal-Isqfijiet fis-sena 2022. Diġa’ f’Ottubru tal-2015 il-Papa Franġisku kien semma’ li s-SINODALITÀ hi l-mixja li Alla jistenna mill-Knisja tat-tielet millenju.
Hi mod ta’ tmexxija mifrux fuq diversi livelli, hekk li l-Isqfijiet, is-Saċerdoti u l-Lajċi jkollhom sehem fil-Knisja skont il-livell tagħhom fil-ġerarkija tal-Knisja. L-ewwel livell hu l-Knejjes partikulari, it-tieni hu dak tal-Provinċji u tar-Reġjuni Ekkleżjastiċi u t-tielet il-Kunsilli Partikulari b’mod speċjali l-Konferenzi Episkopali. Is-SINODALITÀ tikkonsisti fil-komunjoni, fil-parteċipazzjoni u fil-missjoni tal-Knisja u tesprimi l-kolleġġjalita episkopali fi Knisja universali. Is-SINODALITÀ ssib il-fonti tagħha fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija.
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea