Illum il-Knisja tfakkar lil Beata Benedetta Frassinello


Fil-21 ta’ Marzu l-Knisja tfakkar lil Beata Benedetta Frassinello, Reliġjuża li għexet bejn is-snin 1791 sa 1858.

Benedetta Cambiagio Frassinello twieldet fit-2 ta’ Ottubru, 1791 f’Langasco, fil-Ligurja (l-Italja), ir-raba’ minn ħames ulied ta’ Ġużeppi Cambiagio u Francesca Ghiglione. Kienet familja ta’ bdiewa u ta’ ħajja sempliċi u ta’ fidi ġenwina.

Benedetta kienet ta’ moħħ vivaċi u tħobb taqra ħalli żżid ma’ dak il-ftit li kienet tgħallmet l-iskola.

Wara li Napuljun, fl-1805, għaqqad il-Ligurja ma’ Franza, il-familja marret f’Pavia fejn fetħet ħanut tal-ħaxix fi triq ewlenija. Benedetta nvolviet ruħha sew f’dan il-ħanut li kien maħsub biex jipprovdi l-għajxien tal-familja u tant intilfet f’attività bla waqfien, b’mod li ftit ftit bdiet tħossha sejra lura fil-ħajja spiritwali u ħasset li ma setgħetx tibqa’ sejra hekk.

Hija bdiet tħossha miġbuda lejn Alla permezz tas-siltiet tal-Vanġelu, li hija kienet tgħallmet bl-amment, li bdew jieħdu forma ta’ appell urġenti indirizzat direttament lilha: “Ejja, itlaq, ħalli kollox.” Hija bdiet taffaxina ruħha bil-ħajjiet tal-qaddisin li bdiet taqra dwarhom, li komplew ikabbru fiha x-xewqa tagħha li twieġeb malajr għas-sejħa. Persważa li kienet imsejħa.

Ta’ 20 sena kellha esperjenza mistika, li ħallietha ddedikata għall-ħajja ta’ talb u devozzjoni u għatxana li tagħti ruħha għal ħajja reliġjuża. Imma minħabba x-xewqa tal-familja tagħha żżewġet lil Ġovanni Battista Frassinello. Għexu l-ħajja miżżewġa għal sentejn u mbagħad ftehmu li t-tnejn jidħlu reliġjużi. Ġovanni daħal patri u Beneditta ngħaqdet mal-Ursulini.

Wara perjodu ta’ saħħa fraġli, irritornat Pavia fl-1826. Bdiet taħdem mat-tfajliet tal-post, u bil-għajnuna ta’ żewġha Ġovanni, fetħet skejjel li bdew jikbru u jiffjorixxu. Għad li kienu qed jgħixu fil-kastità, ir-relazzjoni mhux komuni tagħhom bdiet tiġbed l-attenzjoni. Biex ma titfgħax dell ikrah, fl-1838, telqet ix-xogħol f’idejn l-isqof tal-post u marret tgħix fil-kunvent ta’ Ronco Scrivia, fl-Italja stess.

Ma kinitx kuntenta bil-ħajja maqtugħa minn appostolat mal-poplu u għalhekk flimkien ma’ 5 kompanji oħra ddeċidiet li tibda mill-ġdid. Waqqfet il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Benedittini tal-Providenza, b’dedikazzjoni għat-tagħlim. Fetħet skola oħra u qattgħet il-bqija ta’ ħajjitha f’dan is-servizz, f’devozzjoni u talb.

Fil-21 ta’ Marzu, 1858, mietet mewta naturali f’Ronco Scrivia. Ġiet ibbeatifikatha fl-10 ta’ Mejju, 1987 mill-Qaddis Papa Ġwanni Pawlu II. Fid-19 ta’ Mejju, 2002, l-istess Papa kkanonizzaha.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.