Franza: illum jindaqqu l-qniepen u jixtgħelu x-xemgħat


Bħala sinjal ta’ għaqda fil-pajjiż kollu, l-Isqfijiet ta’ Franza stiednu għal mument ta’ meditazzjon llum, 25 ta’ Marzu fis-7.30 ta’ filgħaxija. L-Isqfijiet iddeċidew li f’dak il-ħin jindaqqu l-qniepen tal-knejjes għal 10 minuti.

Prevented-from-any-celebration-the-churches-will-ring-their-bells.img

Ipproponew ukoll li, waqt li jindaqqu l-qniepen, in-nies jixgħelu xemgħa fit-twieqi tagħhom biex juru komunjoni ma’ dawk li mietu, mal-morda u l-għeżież tagħhom, ma’ dawk li qed jieħdu ħsieb il-morda u dawk li qed jagħmlu l-ħajja possibbli fil-pajjiż. Bil-knejjes magħluqin, il-Quddies qed isir b’metodi diġitali. L-istqarrija mill-Isqfijiet tgħid li: “Pajjiżna, bħal ħafna oħrajn, għaddej minn taħbit kbir. Il-President stedinna biex inwarrbu l-firdiet ta’ bejnietna u ngħixu żmien ta’ fraternità”.

https://www.web24.news/u/2020/03/prevented-from-any-celebration-the-churches-will-ring-their-bells-on-wednesday.html

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

 

Published by

laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.