Darba kien hemm pajjiż li kien iħaddan fih il-pajjiżi kollha tad-dinja. U f’dan il-pajjiż kien hemm villaġġ li kien iħaddan fih il-villaġġi kollha tal-pajjiż. U f’dan il-villaġġ kien hemm triq li kienet tgħaqqad it-toroq kollha tal-villaġġ.
U f’din it-triq kien hemm dar li kienet tħaddan id-djar kollha tat-triq.
U f’din id-dar kien hemm kamra, u f’din il-kamra kien hemm raġel li kien jinkarna fih in-nies kollha tad-djar tal-villaġġ.
U dan ir-raġel kien jidħaq, u jidħaq.
U ħadd qatt ma daħaq daqsu.
(Mill-ktieb ta’ Rabbi Nakhman ta’ Bratslav, “Rakkonti tal-Għorrief tal-Ghetto”.
_____
Tidher storja sempliċi, imma jekk toqgħod taħseb, tista’ tgħidlek xi ħaġa. Kif tidħaq meta l-affarijiet jidhru li huma kontrik? Nafu x’inhu l-Ghetto. Jista’ jkun daħq vojt, imma mhux hekk kien iċ-ċajt ta’ Roberto Benigni fil-film ambjentat fil-kamp ta’ konċentrament, La vita e’ bella. Kien stedina għal kuraġġ fl-avversità.
Minn Joe Galea
Mużika mill-film ta’ Roberto Benigni, La Vita e’ bella