Is-Sibt, 11 ta’ April 2020: Kantiku mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna oriġinarjament miktub għal nhar l-Imnarja, 29 ta’ Ġunju 1977 …
Fik nara l-glorja ta’ kull xemx qed titla’,
treġġa’ għall-ħajja l-ħolqien mir-raqda.
Fik nara n-nar ta’ ħġejjeġ ġuf id-dinja:
Demmek bħal-lava – kulma jmiss jinħall!
Idek imsammra ma’ dik l-għuda msewsa
tqattar il-maħfra għal dnubieti fiergħa.
Ġismek imtertaq jgħajjat biss il-ħniena:
Inti tal-għaġeb, u ma titwemminx!
Int bniedem magħsur mid-demm, Bin Alla l-ħaj;
taħfer u tagħder lil min sammrek, sallbek;
U x-xemx dallamt fis b’mewtek u l-blat triegħed!
Ftaħt ħalq il-mewt u b’ħerqa tajtha tixrob
id-deheb maħlul tal-fidwa li ksibtilna;
u mat-tkawwiġa tagħha, Int qomt u rbaħt!
✠ Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta