Il-Papa Franġisku lis-soċjetajiet missjunarji

Fil-messaġġ tiegħu lis-soċjetajiet missjunarji, nhar il-Ħamis 21 ta’ Mejju, il-Papa Franġisku qal li “Knisja ispirata mill-Ispirtu s-Santu trid turi preferenza għall-foqra u l-vulnerabbli bħala sinjal u riflessjoni tal-preferenza tal-Mulej għalihom.”

Is-soċjetajiet missjunarju tal-Knisja Kattolika jgħinu lil 9000 klinika tas-saħħa, 10000 orfanatrofji, 1200 skola, 80000 seminaristi u 9000 religjużi f’iktar minn 150 djoċesi, l-aktar fl-Afrika u fl-Asja. Il-Papa stieden lil dawn is-soċjetajiet biex ikunu qaddejja missjunarji tassew u biex joqogħdu attenti milli jintilfu fi promozzjoni għall-inizjattivi proprji tagħhom.

https://cruxnow.com/vatican/2020/05/pope-churchs-preferential-option-for-the-poor-is-nonnegotiable/

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading