67. Is-Sacerdoti m’għandhomx Missjoni Politika

Print Friendly, PDF & Email

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Knisja. Udjenza Ġenerali – 28/07/1993.

1. Id-diskors tad-distakk tal-Presbiteru mill-ġid tal-art jorbot ma’ dak tar-rapport tiegħu mal-kustjoni poltika.

Illum iktar minn qatt qabel dak li jkun jassisti għall-intriċċ kontinwu tal-ekonomija u tal-politika, kemm fil-qasam wiesà tal-problemi ta’ interess nazzjonali kif ukoll fl-oqsma iktar ristretti tal-ħajja familjari u personali. Hekk jiġri fil-votazzjoni biex jeleġġu ir-rapreżentanti tagħhom fil-parlament u l-amministraturi pubbliċi, fl-adeżjonijiet fil-listi tal-kandidati proposti miċ-ċittadini, fl-għażliet tal-partiti, fl-istess pronunzjamenti dwar persuni, programmi u bilanċi relattivi għall-immaniġġjar tal-affari pubblika. Ikun żball jekk ikun jiddependi fuq il-politika b’mod esklussiv jew prinċipali mill-kuntest ekonomiku tiegħu. Imma l-istess proġetti superjuri tas-servizz lill-persuna umana u għall-ġid komuni jkunu kondizzjonati u ma jkunux jistgħu ma jifhmux fil-kontenut tagħhom ukoll il-kustjoni li tirrigwarda l-pussess, l-użu tad-distribuzzjoni, iċ-ċirkulazzjoni tal-ġid terren.

2. Dawn huma kollha punti li jinkludu dimensjoni etika, li għaliha huma nteressati wkoll il-Presbiteri propju minħabba s-servizz li għandu jingħata lill-bniedem u lis-soċjetà, skont il-missjoni ta’ Kristu. Infatti huwa esprima dutrina u forma ta’ preċetti li jirriskjaw il-ħajja mhux biss tal-individwi, imma wkoll tas-soċjetà. B’mod partikolari, Ġesù ifforma l-preċett tal-imħabba mutwa. Din timplika r-rispett ta’ kull persuna u tad-drittijiet tagħha; timplika r-regoli tal-ġustizzja soċjali li jimmiraw għall-għarfien ta’ kull persuna dak li hija ntitolata u li jgħinha biex mill-ġdid titlaq b’mod armonjuż, fost il-persuni, il-familji, il-gruppi, il-ġid terren. Ġesù, barra minn dan, enfasizza l-universaliżmu tal-imħabba, u ‘il fuq minn kull differenza bejn ir-razez u n-nazzjonijiet li jiffurmaw l-umanità. Wieħed jasal li jgħid li, waqt li ddefenixxa lilu nnifsu “Bin il-bniedem”, ried jiddikjara, ukoll b’din il-preżentazzjoni tal-identita messjanika tiegħu, id-destinazzjoni tal-opra tiegħu lil kull bniedem, mingħajr diskriminazzjoni bejn kategoriji, lingwi. Kulturi, gruppi etniċi u soċjali. Waqt li ħabbar il-paċi għad-dixxipli tiegħu u għall-bnedmin kollha, Ġesù qiegħed il-pedament fil-preċett tal-imħabba fraterna, tas-solidarjetà, tal-għajnuna reċiproka bi skop universali. Huwa ċar li għalih kien u hu dan l-iskop u l-prinċipju ta’ politika tajba.

Madankollu, Ġesù qatt ma ried jimpenja ruħu f’moviment politiku, billi ħarab minn kull tentattiv mwettaq biex jinvolvih fi kwistjonijiet u affari terreni (cf. Ġw 6, 15). Is-Saltna li ġie biex iwaqqaf mhix ta’ din id-dinja (cf. Ġw 18, 36). Għal dan, lil dawk li rieduh jieħu pożizzjoni fir-rigward tal-poteri ċivili, Huwa qalilhom: “Agħtu lil Ċesare dak li hu ta’ Ċesare, u lil Alla dak li huwa ta’ Alla” (Mt 22, 21). Huwa qatt ma wiegħed lin-nazzjon Lhudija, li minnha kien jagħmel parti u li kien iħobb, il-liberazzjoni politika, li bosta kienu jistennew mill-Messija. Ġesù sostna li huwa kien ġie bħala Bin Alla biex joffri lill-umanità sottomessa għad-dnub, il-liberazzjoni spiritwali u l-vokazzjoni għas-Saltna ta’ Alla (cf. Ġw 8, 34-36); u li kien ġie biex jaqdi, mhux biex ikun moqdi (cf. Mt 20, 28); u li wkoll is-segwaċi tiegħu, b’mod speċjali l-Appostli, ma kellhomx jaħsbu dwar il-poter terren u għad-dominju fuq il-popli, bħall-prinċpijiet tad-dinja, imma biex ikunu qaddejja umli ta’ kulħadd (cf. Mt 20, 20-28), bħal “Sidhom u s-Surmast” tagħhom” (Ġw 13, 13-14).

Bla dubju, din il-liberazzjoni spiritwali miġjuba minn Ġesù kellu jkollha konsegwenzi deċiżivi fis-setturi kollha tal-ħajja ndividwali u soċjali, waqt li tiftaħ era ta’ valutazzjoni ġdida tal-bniedem-persuna u tar rapporti bejn il-bnedmin skont ġustizzja. Imma l-impenn dirett tal-Iben ta’ Alla ma kienx f’dan is-sens.

3. Huwa faċli li wieħed jifhem li dan l-istat ta’ faqar u ta’ libertà huwa tajjeb massimament għas-Saċerdot, li huwa l-portavuċi ta’ Kristu fix-xandir tal-fidwa umana u l-ministru tiegħu fl-applikazzjoni tal-frott f’kull qasam u f’kull livell tal-ħajja. Kif kien jgħid is-Sinodu tal-Isqfijiet tal-1971, “Il-Presbiteri, f’għaqda mal-Knisja kollha kemm hi, huma obbligati jagħżlu fl-ikbar qies tal-forzi tagħhom, linja deċiża sewwa ta’ azzjoni, fejn tidħol id-difiża tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, li jippromwovu b’mod integru l-iżvilupp tal-persuni, li jiffavorixxu l-kawża tal-paċi u tal-ġustizzja, b’mezzi – dejjem mifhum – li dejjem jaqblu mal-Vanġelu. Dan kollu għandu valur fl-isfera mhux biss individwali, imma wkoll soċjali; konsegwentement, il-Presbiteri jgħinu lil-lajċi fl-isforz li jiffurmaw b’mod rett il-koxjenza tagħhom” (Ench. Vat., IV, 1194).

Dan it-test tas-Sinodu, li jesprimi l-għaqda tal-Presbiteri mal-membri kollha tal-Knisja fis-sevizz tal-ġustizzja u tal-paċi, jħallina nifhmu li l-pożizzjoni tal-Presbiteri fir-rigward tal-azzjoni soċjali u politika hija identika għal dik tal-lajk. Dan jiġi migħud b’mod iktar ċar fil-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, fejn naqraw: “Ma jmissx lir-Rgħajja tal-Knisja li jintervjenu b’mod dirett fl-azzjoni politika u fl-organizzazzjoni soċjali. Dan id-dmir jagħmel parti mill-vokazzjoni tal-fidili lajċi,  li joperaw minn rajhom flimkien mal-koċittadini tagħhom”.

Il-lajk nisrani huwa msejjaħ biex jimpenja ruħu b’mod dirett f’din l-azzjoni, biex jikkontribwixxi li iva jagħmel li fis-soċjetà jirrenjaw dejjem iktar il-prinċipji tal-Vanġelu. Is-Saċerdot huwa mpenjat b’mod iktar dirett, fuq il-passi ta’ Kristu, għall-iżvilupp tas-Saltna ta’ Alla. Bħal Ġesù, huwa jrid jirrinunzja li jimpenja ruħu f’forom ta’ politika attiva, b’mod speċjali meta din hija ta’ parti, bħal ma jseħħ kważi b’mod inevitabbli, biex jibqà l-bniedem ta’ kulħadd fejn tidħol il-fraternità u – fejn hu aċċettat – il-paternità spiritwali.

Naturalment wieħed jistà jqis każijiet eċċezzjonali ta’ persuni, gruppi u sitwazzjonijiet li fihom jistà jidher opportun jew saħansitra bżonnjuż li jiżvolġu funzjoni ta’ għajnuna u ta’ sostituzzjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet pubbliċi fil-bżonn jew diżorjentati, biex isostnu l-kawża tal-ġustizzja u tal-paċi. L-istess istituzzjonijiet ekkleżjastiċi, ukoll ta’ fuq’ żvolġew fl-istorja din il-funzjoni, bil-vantaġġi kollha, imma wkoll bir-responsabiltajiet u d-diffikultajiet li  jirriżultaw minnhom. Providenzjalment l-iżvilupp politiku, kostituzzjonali u dottrinali modern imur f-sens ieħor. Is-soċjetà ċivili tat lilha nfisha b’mod progressiv istituzzjonijiet u mezzi biex twettaq id-dmirijiet propji b’mod awtonomu (cf. Gaudium et Spes, 40 e 76).

Għalhekk lill-Knisja jibqgħalha d-dmir li huwa propjament tagħha: ixxandar il-Vanġelu, waqt li tillimita ruħha li toffri l-kollaborazzjoni propja f’dak kollu li jwassal għall-ġid komuni, mingħajr ma taspira, linqas taċċetta li tassumi funzjonijiet ta’ ordni politika.

4. F’dan id-dawl wieħed jistà jidhem aħjar dak li ġie deċiż mis-Sinodu tal-Isqfijiet tal-1971 dwar l-imġieba tas-Saċerdot fir-rigward tal-ħajja politika. Huwa bla dubju jżomm id-dritt li jkollu opinjoni politika personali u li jeżerċita skont il-koxjenza d-dritt li jivvota. Bħal ma jgħid is-Sinodu, “f’dawk iċ-ċirkostanzi li fihom ikunu leġittimi għażliet politiċi jew soċjali differenti, il-Presbiteri – bħaċ-ċittadini kollha- għandhom id-dritt li jagħmlu l-għażla tagħhom. Imma meta wieħed iqis li l-għażliet politiċi, minnhom fihom, huma kontinġenti u qatt ma jinterpretaw f’forma għal kollox adegwata u perenni l-Vanġelu, il-Presbiteru, li huwa xhud tar-realtajiet futuri, għandu jżomm ċerta distanza minn kwalunkwè inkarigu jew passjoni politika” (Ench. Vat., IV, 1195). B’mod partikolari, iżomm preżenti li partit politiku ma jistà jkun qatt identifikat mal-verità tal-Vanġelu, linqas jistà – mela – jifforma oġġett ta’ adeżjoni assoluta, b’differenza mill-Vanġelu. Il-Presbiteru mela, jqis din ir-relattivita ukoll f’każ li xi ċittadini ta’ fidi nisranija jfasslu b’tifħir partiti ispirati b’mod espress mill-Vanġelu u ma jonqosx li jimpenjaw ruħhom biex jagħmlu iva li d-dawl ta’ Kristu jdawwal ukoll partiti u gruppi oħra.

Hemm bżonn inżidu li d-dritt tal-presbiteru li juri l-għażliet personali propji huwa limitat mill-esiġenzi tal-ministeru tiegħu saċerdotali. Din il-limitazzjoni wkoll tistà tkun dimensjoni tal-faqar li huwa msejjaħ biex jipprattika fuq l-eżempju ta’ Kristu. Huwa nfatti jistà kultant ikun obligat li jastjeni ruħu mill-eżerċizzju tad-dritt propju biex ikun sinjal validu ta’ għaqda u allura jxandar il-Vanġelu fil-milja tiegħu. Ferm iktar għandu jevita li jippreżenta l-għażla tiegħu bħala dik biss leġittima u, fl-isfera tal-komunità nisranija, għandu jkollu rispett għall-maturità tal-lajċi (cf. Ivi, IV, 1196), u anzi jimpenja ruħu fli jgħinhom biex jilħquha, bil-formazzjoni tal-kuxjenza tagħhom (cf. Ivi, IV, 1194). Jagħmel il-possibbli biex jevita li joħloq xi għedewwa bil-pożizzjonijiet li jistà jieħu fil-qasam politiku li jaljenawlu l-fiduċja u li jipprovokawlu t-tbegħid tal-fidili afdati għall-missjoni pastorali tiegħu.

5. Is-Sinodu tal-Isqfijiet tal-1971 jenfasizza b’mod speċjali l-bżonn għall-Presbiteru li jastjeni ruħu minn kull impenn ta’ militanza fil-politika:  “L-Assunzjoni ta’ funzjoni direttiva (mexxej) jew l-attivazzjoni militari favur xi partit politiku għandha tkun eskluża minn kull Presbiteru, għajr, f’ċirkostanzi konkreti sakemm dan ma jkunx realment mitlub mill-ġid tal-komunità “waqt li jaġixxi) madankollu bil-kunsens tal-Isqof, wara li jkun ikkonsulta l-Kunsill Presbiterjali, u – jekk ikun hemm bżonn – il-Konferenza Episkopali” (Ivi, IV, 1197). Mela hemm il-possibiltà ta’ derogi għan-norma komuni; dawn però jistgħu biss jiġġustifikaw biss f’ċirkustanzi ta’ fatt eċċezzjonali u dejjem irid ikollhom l-awtorizzazzjoni meħtieġa.

Lill-Presbiteri li, fil-ġenerożità tas-servizz tagħhom għall-ideal evanġeliku, jhossu t-tendenza li jimpenjaw ruħhom fl-attività politika biex jikkontribwixxu b’mod iktar effikaċi biex jirranġaw l-ħajja politika, billi jeliminaw l-inġustizzji, l-isfruttamenti, l-oppressjonijiet ta’ kull tip, il-Knisja tfakkar li, f’tali toroq, huwa faċli li wieħed isib ruħu mdaħħal fil-ġlied partiġġjan, bir-riskju li jikkollabora mhux għall-ħolqien ta’ dinja iktar ġusta li għaliha lkoll naspiraw, imma għal forom ġodda u agħar ta’ sfruttament tal-klassi l-fqira. Ikun xi jkun huma għandhom ikunu jafu li għal tali mpenn ta’ azzjoni u militanza politika ma għandhom la l-missjoni u lanqas il-kariżma mill-għoli.

Nitlob għalhekk, u nistieden biex nitolbu sabiex tikber dejjem iżjed fil-Presbiteri l-fidi fil-missjoni pastorali propja ukoll għall-ġid tas-soċjetà li fiha huma jgħixu. Jafu huma jagħrfu l-importanza wkoll fi żmienna, u jafhmu dik id-dikjarazzjoni tas-Sinodu tal-Isqfijiet tal-1971, li skontha “għandha tinżamm dejjem preżenti l-prijorità tal-missjoni speċifika, li timpenja l-eżistenza kollha tal-Presbiteri, b’mod li huma – waqt li jagħmlu, b’fiduċja kbira, l-esperjenza mġedda tal-ħwejjeġ li huma ta’ Alla – jkunu jistgħu b’mod effikaċi u ġeneruż ixandruhom lill-bnedmin, li appuntu jistennewhom” (Ivi, IV, 1198).

Iva, nawgura u nitlob sabiex ikun mogħti dejjem iktar lil ħuti Saċerdoti, tallum u ta’ għada, dan id-don ta’ intelliġenza spiritwali, li jwassalhom biex jifhmu u biex isegwu wkoll fid-dimensjoni politika t-triq tal-faqar mgħallma minn Ġesù.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading