30. Id-dominanza “fuq” l-ieħor fir-relazzjoni interpersonali

Print Friendly, PDF & Email

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali – 18/06/1980.

1. F’Ġenesi 3 hemm deskritt bi preċiżjoni sorprendenti il-fenomenu tal-mistħija, li dehret fl-ewwel bniedem flimkien mad-dnub oriġinali.

Riflessjoni attenta fuq dan it-test tippermettilna niddeduċu li l-mistħija, li ħadet post b’assikurazzjoni assoluta marbuta mal-istat ta’ qabel tal-innoċenza oriġinarja fir-rapport reċiproku bejn ir-raġel u l-mara, għandha dimensjoni iktar profonda. F’dan ir-rigward jinħtieġ li nerġgħu naqraw sat-tmiem il-kapitolu 3 tal-Ġenesi, u mhux nillimitaw ruħna għall-versett 7 u lanqas għat-test tal-versetti 10-11, li fihom ix-xhieda dwar l-ewwel esperjenza tal-mistħija. Hekk hu, li wara dan ir-rakkont, jinfexx fid-djalogu bejn Alla-Jahwe mar-raġel u l-mara, u jibda l-monologu. Jahwe jdur fuq il-mara u l-ewwel jitkellem dwar it-tbatija tal-ħlas, li minn issa ‘l hemm kellhom iswegwuh: “Nimmultiplika t-tbatijiet tiegħek u t-tqaliet tiegħek, bit-tabatija twelled lil uliedek…”(Ġen 3,16).

Dan huwa segwit minn espressjoni li tikkaratterizza ir-rapport futur tat-tnejn, tar-raġel u tal-mara: “Lejn żewġek ikun l-istint tiegħek, imma hu jiddominak” (Ġen 3,16).

2. Dawn il-kliem, daqs dawk ta’ Ġenesi 2,24, għandhom karattru prospettiv. Il-formulazzjoni inċisiva ta’ Ġenesi 3,16 donnha tirrigwarda il-kumpless tal-fatti, li b’ċertu mod dehru diġa fl-esperjenza oriġinarja tal-mistħija, u li b’mod suċċessiv immanifestaw ruħhom fl-esperjenza kollha interna tal-bniedem “storiku”. L-istorja tal-kuxjenzi u tal-qlub umani ikollha fiha il-konferma kontinwa tal-kliem kontenut f’Ġenesi 3,16. Il-kliem imlissen fil-bidu donnu jirreferi għal “mankament” partikolari tal-mara fil-konfront tar-raġel. Imma mhemmx mottiv biex nifhmuha bħala mankament jew diżugwaljanza soċjali. Minflok minnufih l-espressjoni: “Lejn żewġek ikun l-istint tiegħek, imma hu jiddominak” tindika forma oħra ta’ diżugwaljanza, li l-mara tħossha nuqqas ta’ għaqda sħiħa appuntu fil-kuntest vast tal-għaqda mar-raġel, għal-liema t-tnejn li huma kienu msejħa skont Ġenesi 2,24.

3. Il-kliem ta’ Alla-Jahwe: “Lejn żewġek ikun l-istint tiegħek, imma hu jiddominak” (Ġen 3,16) ma jirrigwardawx b’mod esklussiv il-waqt tal-għaqda tar-raġel u tal-mara, meta t-tnejn jingħaqdu hekk li jsiru ġisem wieħed (cf. Ġen 2,24), imma jirreferu għall-kuntest wiesà tar-rapporti wkoll indiretti tal-għaqda konjugali kollha kemm hi. Għall-ewwel darba ir-raġel hawn jiġi definit bħala “żewġek”. Fil-kuntest kollu tar-rakkont jahwista tali kliem ifissru fuq kollox infrazzjoni, telfa fundamentali tal-komunità-komunjoni primittiva ta’ persuni. Din kellha tirrendi  kuntenti lir-raġel u lill-mara permezz ta’ tiftix ta’ għaqda sempliċi u pura fl-umanità, permezz ta’ offerta reċiproka tagħhom infushom, jiġifieri l-esperjenza tar-rigal tal-persuna espress bir-ruħ u bil-ġisem, bil-maskulinità u l-femminilità – “ġisem minn ġismi” (Ġen 2,23) -, u fl-aħhar permezz tas-subordinazzjoni ta’ tali għaqda għall-barka tal-fertilità u tal-“prokrejazzjoni”.

4. Mela jidher li fil-kliem indiriizzat minn Alla  -Jahwe lill-mara, jinsab diwi iktar profond tal-mistħija, li t-tnejn li huma bdew jisperimentaw wara l-ksur tal-allejanza oriġinarja ma’ Alla. Insibu wkoll, barra minn hekk motivazzjoni iktar sħiħa ta’ tali mistħija. B’mod ferm diskret, u xejn inqas biżżejjed deċifrabbli u espressiv, Ġenesi 3,16 jixhed kif dik l-għaqda konjugali bejatifikanti oriġinarja tal-persuni se tkun deformata fil-qalb tal-bniedem bil-konkupixxenza. Dawn il-kliem huma ndirizzati direttament lill-mara, imma jirreferu għar-raġel, jew pjuttost għat-tnejn flimkien.

5. Diġa l-analiżi ta’ Ġenesi 3,7, magħmula qabel, wriet li fis-sitwazzjoni l-ġdida, wara l-ksur tal-Allejanza oriġinarja ma’ Alla, ir-raġel u l-mara isibu ruħhom, minflok magħqudin, maġġorment mifrudin jew saħansitra kontrapposti minħabba l-maskulinità u l-femminilità tagħhom. Ir-rakkont bibbliku, waqt li jenfasizza l-impuls istintiv li kien imbotta lit-tnejn biex jgħattu ġisimhom, jiddeskkrivi fl-istess ħin is-sitwazzjoni li fiha l-bniedem, bħala maskju jew femmina – qabel kien pjuttost maskju u femmina – iħossu maġġorment maqtugħ minn ġismu, bħal min-nixxiegħa tal-għaqda oriġinarja fl-umanità (“ġisem minn ġismi”), u iktar kontrappost għall-propju l-ieħor a bażi tal-ġisem u tas-sess. Tali kontrappożizzjoni la teqred u lanqas teskludi l-għaqda konjugali mixtieqa mill-Ħallieq (cf. Ġen 2,24), lanqas l-effetti prokrejattivi tagħha; imma tgħaddi għall-attwazzjoni ta’ din l-għaqda direzzjoni oħra, li tkun propja tal-bniedem tal-konkupixxenza. Appuntu dwar dan jitkellem Ġenesi 3,16.

Il-mara, li “l-istint tagħha se jkun lejn il-(propju) żewġha” (Ġen 3,16), u r-raġel li jwieġeb għal tali stint, kif naqraw: “Jiddominak”, jiffurmaw bla dubju l-istess koppja umana, l-istess żwieġ ta’ Ġenesi 2,24, anzi, l-istess komunità ta’ persuni: madankollu, issa huma xi ħaġa differenti. Huma mhumiex biss imsejħa għall-unjoni u l-unità, imma wkoll mhedda min-nuqqas ta’ xabà ta’ dik l-unjoni u unità, li ma tiqafx tiġbed lir-raġel u lill-mara propju minħabba li huma persuni, imsejħa sa mill-eternità biex jeżistu “f’komunjoni”. Fid-dawl tar-rakkont bibbliku, il-pudur sesswali għandu s-sinifikat profond tiegħu, li huwa appuntu marbut man-nuqqas ta’ temma tal-aspirazzjoni biex iwettaq fl-“għaqda konjugali tal-ġisem” (cf. Ġen 2,24) l-għaqda reċiproka tal-persuni.

6. Dan kollu donnu jwettaq, taħt aspetti differenti, li a bażi tal-mistħija, li tagħha sar parteċipi l-bniedem “storiku, hemm il-konkupixxenza tripla, li dwarha tittratta l-ewwel ittra ta’ Ġwanni 2,16: mhux biss il-konkupixxenza tal-ġisem, imma wkoll “il-konkupixxenza tal-għajnejn u s-suppervja tal-ħajja”. L-espressjoni relattiva għad-“dominju” (“huwa jiddominak”), li dwaru naqraw f’Ġenesi 3,16, ma jindikax forsi din l-aħħar forma ta’ konkupixxenza? Id-dominju “fuq” il-parti l-oħra – tar-raġel fuq il-mara – ma jbiddilx forzi b’mod essenzjali l-istruttura tal-komunjoni fir-relazzjoni personali? Ma jittrasportix forsi fid-dimensjoni ta’ tali struttura xi ħaġa li tagħmel mill-esseri uman oġġett, f’ċertu sens konkupixxibbli tal-għajnejn?

Hekkhu d-domandi li jispuntaw mir-riflessjoni dwar il-kliem ta’ Alla-Jahwe skont Ġenesi 3,16. Dawk il-kliem, imlissna kważi fuq l-għatba tal-istorja umana wara d-dnub oriġinali, jiżvelawlna mhux biss is-sitwazzjoni esterna tar-raġel u tal-mara, imma jippermettulna wkoll li nippenetraw fl-intern tal-misteri profondi ta’ qalbhom.

Miġjub għall-malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb.

Ara d-diskors oriġinali bit-Taljan >