Ħafna snin ilu, ġo knisja qadima, kienu joqogħdu xi familji ta’ ġrieden. Kienu bnew id-dar ċkejkna tagħhom wara l-artali li jkun hemm fil-ġenb u ħbewhom bil-karti ta’ ktieb tat-talb li ssagristan kien nesa fil-knisja. Il-ġrieden kienu kaxkru l-ktieb wara l-altar, qatgħu l-folji u mbagħad qassmuhom bejniethom.
Imma għalkemm id-djar tal-karta kienu maħdumin tajjeb u x-xemx setgħet issaħħanhom, il-ġrieden kienu qed iħossu l-bard. Il-ħitan tal-knisja kienu kbar u qodma u l-ġebeI ma kienux iħallu s-sħana tgħaddi. Xorta waħda l-ġrieden baqgħu fil-knisja għax din kienet id-dar tagħhom. Hemm twieldu u hemm kibru. Ma setgħux jaħsbu f’xi mkien ieħor fejn imorru. Kienu jħobbu r-riħa tal-inċens u tax-xemgħat u kienu jisimgħu b’ferħ iI-ħoss tal-orgni. Id-daqq tal-qniepen kien iżommilhom moħħhom mistrieħ.
“Ċikku, neħħiha minn rasek!”
Biss Ċikku, ġurdien żgħir, ried jitlaq. F’Settembru sħabu ħaduh għall-ewwel darba għall-ġbir tal-qastan. Kienu xxabbtu mat-triq tas-sagristija u marru fil-ġnien tal-kappillan fejn damu ġimgħa jiġbru l-qastan biex mbagħad iġibuhom fil-Knisja. Ċikku ħa gost fil-ġnien. lx-xemx tal-ħarifa kienet sabiħa u l-ġurdien b’xejn ma ried jidħol lura d-dar. Imma l-ġnieden xjuħ ma riedux jafu.
“Qed taħseb li aħjar?” qalulu. “Hemm barra l-ebda ġurdien ma jista’ jibqa’ ħaj. Qtates u annirnali oħra perikolużi bil-lejl jibilgħuk f’nifs. U fix-xitwa, fil-miftuħ tagħmel kesħa aktar mill-knisja. Le, le, neħħiha minn rasek, Ċikk!”
Ċikku kien jaf li I-ġrieden l-oħra seta’ kellhom raġun, imma minn meta mar fil-ġnien tal-qastan ma setax isib paċi. Kważi f’kull lejl kien joħlom b’postijiet sbieħ fejn kien hemm ikel differenti mill-qastan ta’ dejjem. Beda joħlom bid-dawl u s-sħana. Ried x’ imkien fejn m’hemmx għedewwa. Ħolom hekk ċar b’dawn il-postijiet sbieħ li beda jemmen li se jmur hemm. Imma fejn? Din kienet il-problema. U mbagħad, kif se jinnexxielu jasal hemm? Ipprova jitkellem ma’ Ġanni, ġurdien tamparu. Sabu fil-fonti tal-ilma mbierek, fejn kien qed jaħsel saqajh.
“Il-kesħa llum, hux veru, Ċikk?” sellimlu Ġanni. “Immorru fejn hemm dawl il-ħin kollu u fejn nistgħu nisħnu ftit,” wieġeb Ċikku.
Idea Tajba
L-ewwel il-ġrieden niżlu fl-art u marru lejn l-altar il-kbir. Wara nofsinhar il-knisja tkun qisha mejta. U l-ġrieden setgħu jippassiġġaw kemm iridu. Raġġi ta’ ftit dawl tax-xemx kienu għaddejjin mill-ħġieġ ikkulurit, jiddisinjaw ġarigori mlewna fuq l-art. Qagħdu ħdejn ċilindru ta’ ħġieġ aħmar skur fil-waqt hi gawdew is-sħana ħelwa li ħarġet minnu. Fiċ-ċilindru tal-ħġieġ kien hemm xemgħa kbira u dik biss kienet li ssaħħan iI-knisja. Waqfu ftit, imbagħad Ċikku qallu:
“Ġann, qatt ħsibt biex titlaq minn hawn?” Ġanni daħaq. “Iva Ċikk,… u żgur li ħsibt. Imma dan kollu ħolm. Għidli , hawn fil-knisja l-isbaħ post. Le, qatt ma nitlaq minn hawn għax hadd ma jaf x’hemm barra.” Ċikku ma wieġeb xejn. Diġa’ kien ħaseb x’se jagħmel. Ma kienx jibża’ mill-periklu. Ried jaħrab.
Il-ħarba
Il-Ħadd ta’ wara, meta kienet qed tispiċċa l-Quddiesa, Ċikku tbiegħed mill-ġnieden l-oħra u daħal qalb il-bankijiet, lest biex isib il-ħin u jaħrab. Dan wasal meta n-nies qamu malajr. Kienu attenti lejn il-Kappillan u Ġanni daħal f’nofshom, ra s-sinjura Karm, sab il-basket miftuħ, iġġranfa miegħu u sparrixxa ġo fih. Inħeba isfel nett, imiss mal-kuruna tar-Ruiarju u jinħeba taħt maktur frisk u jfuħ. Kollox mar sew. Fl-aħħar tal-Quddiesa is-sinjura Karm qiegħdet il-ktieb tat-talb fil-basket, għalqitu u marret id-dar. Hawnhekk qiegħdet il-basket fuq iI-mejda tal-kċina, ħarġet il-kuruna u l-ktieb u marret fil-kamra l-oħra biex tbiddel.
Ċikku ra li m’hemmx inkwiet. Ħareġ mill-basket u ta ħarsa madwaru. L-ewwel ħaġa li ra kien heater sabiħ. Għall-ewwel darba f’ħajtu, ra heater. Daħal warajh u tgħidx kemm ħa gost bis-sħana li daret miegħu. Raqad kważi dak il-ħin. Ċikku għadda kważi ġimgħa sħiħa f’dik ir-rokna sħuna. BiI-lejl, meta l-familja tas-sinjura Karm tkun nieqda, il-ġurdien kien jippassiġġa fil-kċina u jġerrem ħobż, ġobon u dak kollu hi jsib. Imma b’hekk il-familja tas-sinjura Karm indunaw hi hemm ġurdien id-dar. Likel kien żġur imgerrem minn ġurdien u ddeċidew li jqabbdu lill-qattus Bebbuxu biex ifittxu. Bebbuxu ntefa’ fuq xogħlu b’saħħa kbira. Is-soltu ma kienux iħalluh jidħol fil-kċina u allura dan kien rigal għalih.
Meta Ċikku ra li l-qattus beda’ l-kaċċa ħaseb li s-siegħa tiegħu waslet. Għandu jaħrab, u malajr. Qabeż barra mill-moħba tiegħu u ġera hejn iI-bieb hi kien dejjem imbexxaq. Imma Bebbuxu kien iktar ħafif ii ħataf il-ġurdien. Għalxejn tħabat Ċikku għax id-dwiefer ta’ Bebbuxu kienu twal u iebsin. Imma kif il-qaltus kien se jigdem lill-ġurdien, is-sinjura Karm għajtet mill-kamra l-oħra: “Mur ħammeġ barra, ja brikkun.” Bebbuxu nħasad, telaq lil Ċikku u dan ħarab jiġri barra t-triq.
Il-maħżen tal-qamħ
Għal Ċikku kienu bdew jiem tassew koroh. Iltaqa’ ma’ qabda ġrieden goffi li kienu jsawtuh. Ħarab mhux darba jew tnejn min-nassa tal-ġrieden, bis-snien tal-ħadid. U ma nafx kif ma spiċċax taħt xi rota ta’ karrozza. Ma rridx ninsa, bil-ħaqq,… il-qtates!
Fl-aħħar kellu x-xorti li jidħol ġo maħżen tal-qamħ. Maħżen hu kamra kbira ħafna. F’dan il-maħżen Ċikku seta’ jxomm ir-riħa tfuħ tal-qamħ. Kien hemm muntanja tà’ qamħ! U qal ferħan: “Il-aħwa kemm għandi x’niekol!” Bil-paċenzja kollha, mingħajr ma ħadd ma jfixklu, Ċikku bena kamra żgħira biċ-ċraret qodma li sab fil-maħżen. Kien jorqod fit-tul u meta jaqbdu l-ġuħ kien imur lejn il-muntanja tal-qamħ u jiekol sakemm jixba’. Imma… ma kien jara lil ħadd. La xi ġurdien ieħor,… la xi qattus u lanqas nies!
Daħlet ix-xitwa u bdiet nieża I-borra. Il-borra tkun bħal xita tat-tajjar, li tinżel meta tkun ħafna kesħa. Ċikku ħareġ mill-moħba tiegħu. Resaq lejn it-tieqa u ħares barra t-triq. F’daqqa waħda ħass xi ħaġa tniggeż ġo qalbu. Kien ra l-kampnar tal-knisja, ‘il bogħod ‘il bogħod. Bil-kemm seta’ jagħraf li kien il-kampnar. Ċikku qal bejnu u bejn ruħu: “Min jaf x’inhuma jagħmlu bħalissa sħabi l-ġrieden? Tgħid isemmuni? Jiftakru fija? Jew forsi qed jaħsbu ii m’għadnix ħaj?”
U iktar ma’ Ċikku ħares ċass lejn il-kampnar u jiftakar fil-knisja, aktar beda jinduna bid-dwejjaq tiegħu li kien waħdu. Iżżerżaq ‘l isfel mit-tieqa u reġa’ mar fil-moħba tiegħu. Għalaq għajnejh, imma ma setax jorqod.
“X’jiswa ii għandi ħajja ta’ sinjur, jekk ninsab waħdi? Għandi dak kollu ii ħlomt bih u dak ii xtaqt. Għandi ikel kemm irrid, moħba żġura u s-sħana ii nħobb. Imissni nkun ferħan. Imma dan kollu ma jiswa xejn, ladarba jiena waħdi. Kollox nagħti biex Ġanni u l-oħrajn ikunu jistgħu jiġu hawn.”
II-ġurdien beda jgerrem ftit qamħiet, imma ma ħasshomx tajbin. “Nista’ ngħid ii qiegħed f’ħabs”, ħaseb Ċikku; ħabs ġo ġenna. L-aqwa ikel u l-iktar post sħun mhuma xejn,… xejn u xejn ,. .jekk m’għandix ħbieb. Issa qed ninduna!”
F’dak il-ħin il-qniepen tal-knisja bdew idoqqu. Ċikku xxabbat mat-tieqa ta’ fuq nett, u l-mustaċċi twal tiegħu kienu jħokku mal-ħġieġ, kiesaħ silġ. Bi dwejjaq kbar baqa’ jħares lejn il-kampnar fil-bogħod.
Jumejn wara,Ċikku waħħal f’rasu li jiċċaqlaq mil-moħba tiegħu. Ried imur lura fil-knisja,jiġri x’jiġri.
lssa sew!
F’daqqa waħda ħa qatgħa kbira. It-toqba żħira fil-bieb li kien daħal minnha fil-maħżen kienet ingħalqet bil-borra, li kienet saret silġ. Issa nduna għaliex l-ebda ġurdien ieħor ma kien daħal hemm ġew. Imma Ċikku ma qatax qalbu. B’rasu beda jimbotta l-bieb. Imma l-injam kien tqil iktar milli ħaseb hu. Wara xi sigħat jigref fil-bieb, ħariġlu d-demm minn saqajh u kien qed iterter bil-bard.
Għaddew xi ġranet u ma ġara xejn. Fl-aħħar, lejla waħda, żiffa kiesħa daħlet filmaħżen u daret miegħu. Is-silġ fit-toqba kien inħall. Ċikku sġiċċa ‘l barra. Dak li laqgħu kien riħ qawwi. Kullimkien ra l-borra li kienet tleqq mad-dawl tal-qamar.
Ġera fuq li ġera, mingħajr ma ħaseb la fil-qtates u lanqas fil-ġrieden kbar u mqarbin. Imma l-bard u l-għejja kienu wisq għaċ-ċkejken ġurdien. Tal-inqas id-dawl tal-qamar għenu, u qabel ma waqa’ fl-art, Ċikku għaraf id-dar tas-sinjura Karm. Qattus u mhux qattus, hemm bżonn jidħol ġewwa. lnkella se jmut fit-triq.
Issa kien filgħodu kmieni u dak iI-ħin infetaħ il-bieb. Kienu t-tfal li ħarsu ‘l barra jaraw il-borra nieża. Is-sinjura Karm kienet lesta biex toħroġ għall-Quddies. Bil-ftit saħħa li baqagħlu, Ċikku tkaxkar u daħal fid-dar. Is-sħana tal-kċina tatu r-ruħ. Tela’ fuq siġġu u mbagħad qabeż fuq il-mejda fejn ra xi ħaġa li żġur kien jafha sew,… il-basket tas-sinjura Karm. Ċikku tbissem u żżerżaq ġol-basket, eżatt fil-ħin. Hass it-basket jintrefa’, sema’ l-bieb jinfetaħ u jingħalaq u r-riħ ivenven kif is-sinjura Karm ħarġet fit-triq. Ftit wara sema’ l-passi fuq il-borra u wkoll il-ħsejjes ta’ nlies mexjin; l-ewwel passi fuq il-bankina u mbagħad fuq l-art tal-injam.
Is-sinjura Karm, bil-basket f’idejha, kienet daħlet il-Knisja. Kien il-Ħadd. L-orġni tal-knisja kien qed idoqq qawwi u n-nlies qamu bit-wieqfa. Ċikku qabeż mill-basket, waqaf ftit iħares ‘l hemm u ‘l hawn, imbagħad kompla jiġri. Għadda minn bejn il-bankijiet u tela’ fuq it-tapit aħmar. B’qabża waħda tela’ t-tarġiet u sab ruħu wara l-artal, fid-dar tal-ġrieden… il-familja tiegħu. Il-ġrieden tal-knisja kienu bilqiegħda taħt l-altar malli wasal Ċikku.
“Ċiiiikkuu!” Kemm ferħu bih!
Dak il-ħin, l-orġni kien qed idoqq mużika tassew sabiħa.
Nistaqsu u nitgħallmu
- It-tfal xi drabi jwaħħlu xi ħaġa f’rashom u mingħajr ma jisimgħu mill-ġenituri jew mit-teaċhers tagħhom imorru fejn hemm il-periklu. Jistgħu iweġġgħu, u mbagħad jgħidu: Aħjar m’għamihtx hekk! Imma jista’ jkun tard wisq.
- Ċikku u l-ġrieden sħabu kienu joqogħdu fih-knisja. Aħna nħobbu mmorru l-knisja? Min minna għamel l-Ewwel Tqarbina qiegħed imur għall-Quddiesa, mhux biss tal-Ħadd, imma kuljum?
- Ġieli qabel immorru għad-duttrina, ngħaddu l-knisja biex nagħmlu żjara lil Ġesù biex noqogħdu nitkellmu miegħu? Ġesù jkun qiegħed jistenniena u jieħu pjaċir jarana ħdejh.
- Fl-istorja rajna Ii d-dar ta’ Ċikku kienet iI-knisja. Ha nistaqsik ftit: Inti tħobb tmur il-knisja u toqgħod ftit hemm, tisma’ l-Quddiesa, titlob u ssib ħin biex tqerr ukoll?
- Il-ġurdien l-ieħor, hi kien jismu Ġanni, ma riedx jaħrab ma’ sieħbu Ċikku. Imma Ċikku kellu rasu iebsa. Inti,… bħal min kont tagħmel,… bħal Ġanni jew bħal Ċikku?
- Jekk xi ħadd jistaqsik: “Inti għalfejn tmur il-Knisja; għalfejn tmur għadduttrina?”… inti xi twieġeb?
- Il-ġrieden tal-istorja tant kienu ħbieb ta’ xulxin. Kienu familja, bid-dar tagħhom wara l-altar tal-knisja. Aħna wkoll, li mmorru l-knisja, irridu nkunu ħbieb ta’ xulxin f’din il-familja kbira, li ngħidulha l-Knisja.
Minn Joe Galea.