Id-Devozzjoni taċ-Ċiniżi lejn il-Madonna Għajnuna tal-Insara

Print Friendly, PDF & Email

Il-belt ta’ Shanghai, li tinsab fuq il-kosta ta’ lvant taċ-Ċina, kienet punt importanti biex tmur lejn  il-wied tax-xmara Yangzi.

Bħala port ta’ ftehim kienet ukoll post għall-komunità nternazzjonali. Shanghai qegħda bħala l-port tal-missjoni ta’ dħul fiċ-Ċina, maħżen biex jiġbor provvisti meħtieġa għall-missjonijiet interni, post ta’ rilassament u sikurezza minn konflitti politiċi, u post fejn wieħed jista  jgħaqqad il-kultura Kattolika Ċiniża li tmur lura għas-sena 1600.

Il- Bażilika ta’ Marija Għajnuna tal- Insara f’Sheshan

Il-knisja ddedikata lill-Madonna ta’ Sheshan tinsab fid-Distrett ta’ Songjiang, fil-Punent ta’ Shanghai, u hija ddedikata lil Marija Għajnuna tal-Insara ta’ Sheshan. Fl-1863, is-Superjur tal- komunita Ġiżwita f’Shanghai kien xtara proprjetà fin-naħa tan-nofsinhar  tal-muntanja ta’ Sheshan, u bena dar tal-irtiri għall-Patrijiet anzjani Ġiżwiti. Fl-1 ta’ Marzu 1868, l-Isqof ta’ Shanghai, Mons Adrien Languillat, SJ, ikkonsagra l-kappella u bierek ix-xbieha ta’ Marija Għajnuna tal-Insara, li kienet kopja tal-Madonna tal-Vittorja ġewwa Pariġi.

Il-Bażilika ta’ Marija Għajnuna tal-Insara, f’Sheshan

Matul ir-rewwixta ta’ Taiping, is-Superjur tal-komunita’ Ġiżwita f’Shanghai, P. Gu Zhen Sheng, wiegħed lill-Verġni Mqaddsa li jekk id-Djoċesi ma tkunx attakkata mir-rewwixti, jibni knisja bħala radd il-ħajr tal-ħarsien li tathom il-Verġni Marija. Fil-15 ta’ April 1873, l-Isqof Mons Languillat ta’ Shanghai, kkonsagra l-knisja li tinsab fil-quċċata tal-muntanja (Sheshan). Minn dakinhar, Il- Madonna ta’ Sheshan saret il-ħarriesa speċjali tad-Djoċesi ta’ Shanghai. Fl-1874, il-Papa Piju IX ta indulġenza lill-pellegrini kollha li jmorru jżuru din il-knisja fix-xahar ta’ Mejju.

Huwa tajjeb li nsemmu li fl- 1942, Il- Papa Piju  XII ordna li l- Katidral ta’ Sheshan issir Bażilika

L-Istatwa tal-Madonna ta’ Sheshan

Fit- 12 ta’ Ġunju 1924, fl-ewwel konferenza ta’ l-isqfijiet Ċiniżi li ltaqgħet f’Shanghai, adottaw ix-xbieha tad-dehra bħala l-Madonna taċ-Ċina, jew aħjar bħala Marija Sultana taċ-Ċina. Fil- konferenza qabbdu pittur biex ipinġi pittura li turi l-omm ta’ Alla li tħaddan lil binha Ġesù u biex idendluha fil-knisja lokali, kif ukoll għamlu talba biex tingħad mill-Insara kollha. Tajjeb li ngħidu li l-purċissjoni li ssir ta’ kull sena tmur lura għal dik l-istess sena. Ix-xbieha hija kopja tax-xbieha iktar moderna ta’ Marija għajnuna tal-Insara, li hija l-patruna Marjana meqjuma fil-Bażilika Nazzjonali ta’ Sheshan, l-ewwel bażilika storika mibnija fl-Asja ta’ Lvant. Matul ir-Rivoluzzjoni Kulturali, l-istatwa oriġinali ġiet meqruda, u baqa minnha biss il-bażi tad-dragun. Barra minn hekk, id-dehra tradizzjonali ta’ Marija għajnuna tal-Insara tibqa’ meqjuma ħafna fil-Bażilika ta’ Sheshan, li tinsab fuq l-altar maġġur tagħha. Fl- 1946, Is-Santa Sede permezz tal-Kardinal Antonio Riberi inkuruna l-istatwa tal- Madonna ta’ Sheshan li illum tinsab fil- Bażilika.

F’April tal- 2000, ġiet maħduma statwa ġdida li ġiet imbierka mill-Isqof Mons Aloysius Jin Luxian. Ix-xbieha l-ġdida turi l’Verġni Marija wieqfa li qegħda ġġorr lil binha Ġesù fuq rasha, filwaqt li jdejh qedgħin miftuħin jidhru msallbin. Fil-bażi hemm id-dragun Ċiniż oriġinali, li jirrappreżenta x-xitan b’denb tridenti, misħuq u megħlub mill-Madonna.

Fl-2008, kopja tal-istatwa ngħatat lill-Papa Benedittu XVI, li mbagħad sejjaħ t-titlu Marjan permezz tat-talba tiegħu lill-Madonna ta’ Sheshan. Il-Papa talab li t-talba tingħad b’aktar devozzjoni fl-24 ta’ Mejju, il-festa ta’ Marija Għajnuna tal- Insara li għaliha l-Bażilika ta’ Sheshan hija ddedikata.

F’Mejju 2012, replika tal-injam tal-istatwa ġiet maħduma għall- Insara Ċiniżi Amerikani fi New York. Ix-xbieha reliġjuża ġiet solennement approvata u mbierka mill-Isqof Mons Guy Sansaricq.

Il- qima lejha

Il-Bażilika ta’ Marija ta’ Sheshan, hija waħda mis-Santwarji l-aktar popolari fiċ-Ċina.

F’Mejju 2007, il-Papa Benedittu XVI ħareġ Ittra mibgħuta lill-Insara Ċiniżi, fejn talabhom biex l-24 ta’ Mejju ta’ kull sena tiġi ċċelebrata bħala Jum Dinji ta’ Talb għall-Knisja Ċiniża. Is-sena ta’ wara l-Papa Benedittu għamel talba lill-Madonna ta’ Sheshan.

Fl-24 ta’ Mejju 2009, waqt l-udjenza tal- Papa fir- Reġina Caeli, il-Papa Benedittu XVI fl-okazzjoni tal-festa ta’ Marija Għajnuna tal-Insara, talab iċ-Ċiniżi biex iġeddu l-fedeltà tagħhom lejn il-Papa bħala l-uniku suċċessur ta’ San Pietru.

Hawnhekk ha nsemmu l-aħħar biċċa tat-talba (lill- Madonna ta’ Sheshan) li kien għamel il- Papa Benedittu XVI f’ Jum Dinji ta’ Talb għall-Knisja Ċiniża (24-05-2008).

Madonna ta’ Sheshan, qawwi lil dawk kollha li jgħixu fiċ-Ċina,
li, fost il-provi ta’ kuljum tagħhom, ikomplu jemmnu, jittamaw, u jħobbu.
Agħmel li qatt ma jibżgħu jitkellmu  dwar Ġesù lid-dinja,
u dwar id- dinja lil Ġesù.
Fl-istatwa li tħares l-isfel lejn is-Santwarju inti qegħda żżomm l-Ibnek fil -għoli,
u qed toffrih lid-dinja b’idejh miftuħa b’turija ta’ mħabba.
Għin lill-Insara ikunu dejjem xhieda ta’ din l-imħabba,
u dejjem iżommu mall-blata ta’ Pietru li fuqha hija mibnija l-Knisja.
Omm taċ-Ċina u tal-Asja kollha, itlob għalina, issa u għal- dejjem. Amen!

Minn P. Hermann Duncan O.Carm

%d bloggers like this: