Illum il-Knisja tfakkar lil Santa Margerita, martri

Print Friendly, PDF & Email

Fl-20 ta’ Lulju l-Knisja tfakkar lil Santa Margerita, Verġni u Martri.

Illum issir it-tifkira ta’ Santa Margerita (jew Marina) verġni u martri.

Jingħad li din kienet bint qassis pagan minn Antjojka tal-Pisidja u li kienet konvertita minn mara nisranija li rabbietha flok ommha.

Mietet martri taħt l-imperatur Djoklezjanu.

Jingħad li meta kienet qed tiġi interrogata dwar it-twemmin tagħha, l-imħallef qalilha li tfajla intelliġenti bħalha ma kienx jixirqilha tadura lil Ġesù li miet imsallab. Il-qaddisa staqsietu kif kien jaf li Ġesù miet imsallab, u, meta l-imħallef weġibha li l-kotba tal-insara stess fl-evanġelji kienu jgħidu dan, il-qaddisa kienet pronta weġbitu: “Mela allura ma qlibtx il-folji ta’ wara fejn jingħad ukoll li dan Ġesù qam mill-mewt u ħareġ rebbieħ mill-qabar?”

Santa Margerita hija waħda mill-14-il qaddis awżiljatur, u hi msejħa kontra l-mard tal-kliewi. Hija wkoll il-Patruna li tipproteġi lin-nisa u lit-tarbija waqt it-tqala u l-ħlas.

F’Għawdex il-parroċċa tas-Sannat hi ddedikata lil din il-qaddisa. Tinsab miqjuma wkoll fil-monasteru tat-Tereżjani f’Bormla u knejjes żgħar dedikati lilha nsibuhom fis-Siġġiewi, il-Mosta u Għajn Riħana.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Leave a Reply