Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr mal-ħaddiema frontliners tal-kura tas-saħħa

B’ringrazzjament għall‑ħidma tal‑impjegati kollha fil‑qasam tas‑saħħa waqt l‑eqqel żmien tal‑imxija tal‑COVID‑19, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jiċċelebra Quddiesa ta’ radd il‑ħajr lil Alla. Din se ssir nhar il‑Ħamis, 30 ta’ Lulju 2020, fid‑9:30 a.m., fil‑Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.

Capture.PNGa

Għal din il‑Quddiesa, il‑Ministeru tas‑Saħħa qed jistieden lill‑frontliners minn diversi oqsma tas‑saħħa li waqt il‑pandemija ħadmu b’dedikazzjoni kbira biex titħares is‑saħħa tal‑poplu Malti u Għawdxi.

Jattendu wkoll id‑Deputat Prim Ministru u Ministru tas‑Saħħa l‑Onor. Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Dr Charmaine Gauci.

Il‑Quddiesa se tixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Leave a Reply