L-Ispirtu s-Santu u l-Virtù tat-Tama 2


ĠWANNI PAWLU II

UDJENZA ĠENERALI. L-Erbgħa, 18 ta’ Novembru 1998.

Nru 25 –  L-Ispirtu Santu u l-Virtù tat-Tama

Sinjali ta’ tama preżenti fi żmienna

  1. L-approfondiment tal-azzjoni tal-Ispirtu Santu fil-Knisja u fid-dinja jimbuttana biex nagħtu attenzjoni lis-“sinjali ta’ tama preżenti f’din l-aħħar parti tas-seklu, minkejja d-dellijiet li spiss jaħbuhomlna minn għajnejna” (Tertio millennio adveniente, 46). Huwa minnu, infatti, li s-seklu tagħna huwa mmarkat minn krimini gravissmi kontra l-bniedem u mdellel minn idejoloġiji li żgur ma ffavorixxewx il-laqgħa liberanti mal-verità ta’ Ġesù Kristu linqas il-promozzjoni ntegrali tal-bniedem. Huwa iżda minnu daqstant li l-Ispirtu ta’ Alla, li “jimla l-univers” (Gherf1,7; cfr Gaudium et spes, 11), ma qatax jitfà bi jdejh mimlija żerriegħa tal-verità, tal-imħabba u tal-ħajja fil-qlub tal-irġiel u n-nisa ta’ żmienna. Din iż-żerriegħa ipproduċiet frott ta’ progress, umanizzazzjoni u ċiviltà, li jikkostitwixxu sinjali awtentiċi ta’ tama għall-umanità fil-mixja.
  2. Fl-ittra Apostolika Tertio millennio advenientefakart fost dawn is-sinjali qabel kollox “il-progressi mwettqa mix-xjenza, mit-teknika u b’mod speċjali mill-mediċina fis-servizz tal-ħajja umana”(n. 46). Huwa bla dubju infatti li l-eżistenza umana fuq il-pjaneta tagħna, fuq livell personali u soċjali, għarfet u għadha tesperimenta miljorament notevoli, grazzi għall-iżvilupp xjentifiku straordinarju.

Ukoll il-progress tat-teknika, meta huwa rispettuż tal-promozzjoni umana awtentika u ntegrali, għandu jkun milqugħ b’rikonoxxenza, ukoll jekk – bħal ma hu ovvju – ix-xjenza u t-teknika mhumiex biżżejjed biex jimlew l-aspirazzjonijiet l-iktar profondi tal-bniedem. Fost l-iżviluppi tat-teknika tallum b’mod partikolari għonja  b’wegħdiet għall-futur tal-umanità, irrid infakkar dawk li jirreġistraw ruħhom fil-qasam tal-mediċina. Huma, infatti, meta jtejbu b’mezzi leċiti l-eżistenza globali tal-bniedem, jirriflettu b’mod elokwenti l-intenzjoni ħallieqa u feddejja ta’ Alla, li ried il-bniedem fi Kristu sabiex ikollu l-milja tal-ħajja. Linqas ma nistgħu ninsew il-progress enormi fil-qasam tal-komunikazzjonijiet. Jekk il-mass media jkunu wżati b’mod li jiggarantixxu il-kontroll sħiħ demokratiku, jkunu mezzi ta’ valuri awtentiċi, l-umanità tistà tgawdi benefiċċji kbar u tħoss lilha nfisha familja unika u kbira.

  1. Sinjal ieħor ta’ tama huwa rappreżentat mis-“sens l-iktar ħaj ta’ responsabiltà fil-konfront tal-ambjent” (ibid.). Illum l-umanità tiskopri mill-ġdid, ukoll b’rejazzjoni għall-isfruttament indiskriminat tar-riżorsi naturali li spiss akkumpanja l-iżvilupp industrijali, is-sinifikat u l-valur tal-ambjent bħala għamara ospitali (oîkos) fejn hija msejħa biex tiżvolġi l-eżistenza propja tagħha. It-theddid li jiggrava fuq il-futur tal-umanità, minħabba r-rispett tal-ekwilibi tal-ekosistema, jimbuttaw lill-bnedmin tal-kultura u tax-xjenza, bħall-awtoritajiet kompetenti, biex jistudjaw u jattwaw diversi miżuri u proġetti. Dawn jimmiraw mhux biss biex jillimitaw u jirrimedjaw il-ħsarat ikkawżati s’issa, imma b’mod speċjali biex jindikaw żvilupp tas-soċjetà armonizzat b’rispett u valorizzazzjoni tal-ambjent naturali.

Dan is-sens ħaj ta’ responsabiltà fil-konfront tal-ambjent għandu jistimola ukoll lill-insara biex jiskopru mill-ġdid is-sinifikat profond tal-pjan krejattiv irrivelat mill-Bibbja. Alla ried jafda lir-raġel u lill-mara il-kompitu li jimlew l-art u li jkun is-sid f’ismu, kważi l-logutenent tiegħu (cfr Ġn 1,28), billi jtawwal u jwassal b’ċertu mod għat-twettiq l-opra krejatriċi stess tiegħu.

  1. Fost is-sinjali ta’ tama ta’ żmienna, hemm bżonn infakkru wkoll “l-isforzi biex ikunu stabbiliti l-paċi u l-ġustizzja kulfejn dawn ġew miksura, ir-rieda ta’ rikonċiljazzjoni u ta’ solidarjetà bejn il-popli, b’mod partikolari fir-rapporti kumplessi bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar tad-dinja” (Tertio millennio adveniente, n. 46). Is-seklu li wasal biex jagħlaq għinna nassistu għat-traġedja terribbli ta’ żewġ gwerer mondjali u llum għadu jagħraf gwerer u tensjonijiet, b’riżultati ta’ tbatija kbira tal-popli u ta’ nazzjonijiet tal-pjaneta kollha. Barra minn dan, qatt daqs f’dan is-seklu, folol enormi ta’ persuni – ukoll minħabba mekkaniżmi perversi ta’ sfruttament – ma sperimentaw u għadhom jisperimentaw kondizzjonijiet ta’ ħajja li ma tixraqx lill-bniedem.

Ukoll minħabba dan, il-kuxjenza umana, imħeġġa mill-azzjoni misterjuża tal-Ispirtu, immaturat fli tagħmel l-iskop tagħha l-attwazzjoni tal-paċi u tal-ġustizzja bħala oġġettivi prijoritarji u irrinunċjabbli. Il-kuxjenza llum twissi bħala delitt ntollerabbli l-persistenza ta’ kundizzjonijiet ta’ inġustizzja, ta’ sottożvilupp, ta’ vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn dan il-gwerra hi ġustament rifjutata bħala mezz għas-soluzzjoni tal-konflitti. Qed nifhmu dejjem iktar li biss it-toroq tad-djalogu u tar-rikonċiljazzjoni jistgħu jfejqu l-feriti ipprovokati mill-istorja fil-ħajja tal-ġnus. Huma biss jikkontribwixxu biex isolvu b’mod pożittiv id-diffikultajiet li  jibqgħu jippreżentaw ruħhom fir-relazzjonijiet internazzjonali.

Id-dinja kontemporanja qiegħda  tibni lilha nfisha b’mod deċiż skont Sistema ta’ interdipendenza fil-livell ekonomiku, kulturali u politiku. Mhuwiex iktar possibbli tirraġuna biss  a bażi  tal-interessi, għalkemm leġittimi, tal-popli u tal-ġnus individwali: hemm bżonn li nakkwistaw kuxjenza ta’ nifs tassew universali.

  1. Għal dan il-Predeċessur meqjum tiegħi l-Papa Pawlu VI ried jesponi b’mod profetiku fix-xefaq tal-umanità il-mira ta’ “ċiviltà tal-imħabba”, li fiha jistà jitwettaq l-ideal ta’ familja umana unika fir-rigward tal-identità ta’ kull kostitwent tagħha u fil-bdil reċiproku tad-doni.

Fil-mixja lejn iċ-“ċiviltà tal-imħabba” dawk li jemmnu, ġentili għall-azzjoni tal-Ispirtu Santu, huma msejħin biex joffru l-kontribut insostitwibbli tagħhom, billi jilluminaw fl-istorja d-dawl ta’ Kristu, Verb ta’ Alla magħmul ġisem. Hu bħal ma jfakkarna l-Konċilju,  “jirrivelalna li ‘Alla huwa mħabba’ (1 Ġw 4,8), u fl-istess ħin jgħallimna li l-liġi fundamentali tal-perfezzjoni umana, u għalhekk ukoll tal-bidla tad-dinja, hija l-kmandament il-ġdid tal-karità. Dawk, għalhekk, li jemmnu fil-karità divina,  ġew minnu aċċertati li hija miftuħa għall-bnedmin kollha t-triq tal-karità u li l-isforzi ntenzjonati biex titwettaq il-fraternità universali mhumiex għalxejn ” (Gaudium et spes, 38).

Miġjub mit-Taljan għall-Maltin min Emanuel Zarb