L-Ispirtu Santu bħala s-Sors ta’ kull Verità


ĠWANNI PAWLU II

UDJENZA ĠENERALI. L-Erbgħa, 16 ta’ Settembru 1998.

Nr. 17 – L-Ispirtu Santu bħala s-Sors ta’ kull Verità

L-Ispirtu u ż-“żrieragħ tal-verità” tal-ħsieb uman

  1. Waqt li jerġà lura għal dikjarazzjoni tal-Ktieb tal-Għerf (1,7), il-Konċilju Ekumeniku Vatian II jgħallimna li “l-Ispirtu tal-Mulej”, li jimla bid-doni tiegħu l-poplu ta’ Alla pellegrin fl-istorja, “replet orbem terrarum”, jimla l-univers kollu (cfrGaudium et spes, 11). Huwa jmexxi bla waqfien lill-bnedmin lejn il-milja tal-verità u tal-imħabba li Alla Missier ikkomunika fi Kristu Ġesù.

Dan l-għarfien profond tal-preżenza u tal-azzjoni tal-Ispirtu Santu jdawwal minn dejjem il-kuxjenza tal-Knisja, waqt li jagħmel iva li dak kollu li huwa b’mod ġenwin uman isib diwi fil-qalb tad-dixxipli ta’ Kristu (cfr ibid., 1).

Diġa fl-ewwel nofs tat-tieni deklu, il-filosofu San Ġustinjanu setà jikteb: “Dan kollu kien dejjem iddikjarat b’mod eċċellenti u dak li koprew dawk li jagħmlu filosofija jew li jistitwixxu l-liġijiet, kien imwettaq minnhom permezz tat-tiftix u tal-kontemplazzjoni ta’ parti tal-Verb” (II Apol., 10,1-3).

2. Il-ftuħ tal-ispirtu uman għall-verità u għat-tjubija jwettaq ruħu dejjem fix-xefaq tad-“Dawl veru li jdawwal lil kull bniedem” (Ġw1,9). Dan id-dawl huwa l-istess Kristu Mulej, li dawwal sa mill-oriġni l-assi tal-bniedem u daħal f’”qalbu”. Bl-Inkarnazzjoni, fil-milja taż-żmenijiet, id-Dawl deher fid-dinja bil-qawwa kollha tiegħu,waqt li idda għal għajnejn il-bniedem bħala dija ta’ verità (cfr Ġw 14,6).

Imħabbra minn qabel diġa fit-Testment il-Qadim, il-manifestazzjoni progressiva tal-milja tal-verità li hija Kristu Ġesù twettaq ruħha tul il-korsa tas-sekli bl-opra tal-Ispirtu Santu. Tali azzjoni speċifika tal-“Ispirtu tal-verità” (cfr Ġw 14,17; 15,26; 16,13) tirrigwarda mhux biss lil dawk li jemmnu, imma, b’mod misterjuż, lill-bnedmin kollha li, għalkemm mingħajr ħtija jinjoraw il-Vanġelu, sinċerament ifittxu l-verità  u jisfurzaw li jgħixu b’mod rett (cfr Lumen gentium, 16).

Fuq il-passi tas-Santi Padri tal-Knisja, San Tumas D’Aquino jistà  jikkonsidra li ebda spirtu mhu “hekk  misterjuż li ma jieħu ebda sehem fid-dawl divin. Infatti, kull verità magħrufa minn min ikun hija totalment dovuta għal dan id-‘dawl li jiddi fid-dlam’; ġaladarba kull verità, ikun min ikun li jgħidha, tiġi minn l-Ispirtu Santu” (Super Ioannem, 1,5 lect. 3, n.103).

  1. Għal din ir-raġuni, il-Knisja hija ħabiba ta’ kull tiftix awtentiku tal-ħsieb uman u tistma sinċerament il-patrimonju ta’ għerf elaborat u trażmess mid-diversi kulturi. Fih sabet espressjoni l-krejattività li ma tispiċċa qatt tal-ispirtu uman indirizzat minn l-Ispirtu ta’ Alla lejn il-milja tal-verità.

Il-laqgħa bejn il-kelma tal-verità ppridkata mill-Knisja u l-għerf espress mill-kulturi u elaborat mill-filosofiji, tinkuraġġixxi lil dawn tal-aħħar biex jinfetħu u biex isibu it-twettiq tagħhom fir-rivelazzjoni li tiġi minn Alla. Bħal ma jenfasizza l-Konċilju Vatikan II, tali laqgħa tarrikkixxi l-, Knisja waqt li tirrendiha kapaċi li tippenetra dejjem iktar fil-fond fil-verità, li tesprimiha permezz tal-lingwaġġi tad-diversi tradizzjonijiet kulturali u li tippreżentaha – mhix mibdula fis-sustanza – fil-forma l-iktar  xierqa għall-bidla taż-żmenijiet (cfr Gaudium et spes, 44).

Il-fiduċja fil-preżenza u fl-azzjoni tal-Ispirtu Santu ukoll fis-sitwazzjoni perikoluża tal-kultura ta’ żmienna, tistà tikkostitwixxi, fis-sebħ tat-Tielet Millenju, il-premessa għal laqgħa ġdida bejn il-verità ta’ Kristu u l-ħsieb uman.

  1. Fil-prospettiva tal-Ġublew il-kbir tas-sena 2000, jeħtieġ li napprofondixxu t-tagħlim tal-Konċilju fir-rigward ta’ din il-laqgħa dejjem imġedda u fertili bejn il-verità rivelata, mgħassa u trażmessa mill-Knisja, u l-forom multepliċi tal-ħsieb u tal-kultura umana. Tibqà sfortunatament ukoll valida illum l-osservazzjoni ta’ Pawlu VI fl-ittra EnċiklikaEvangelii nuntiandi, skont liema  “l-qasma bejn Vanġelu u kultura hija bla ebda dubju id-dramm tal-epoka tagħna ” (n. 20).

Hemm bżonn li nqajmu mill-ġdid fid-dixxipli ta’ Ġesù Kristu dik il-ħarsa ta’ fidi li kapaċi tiskopri ż- “żrieragħ tal-verità” msawba mill-Ispirtu Santu fin-nies ta’ żmienna.  Wieħed jistà jikontribwixxi wkoll għall-purifikazzjoni u l-maturazzjoni tagħhom permezz tal-arti paċenzjuża tad-djalogu, li timmira b’mod partikolari għall-preżentazzjoni tal-wiċċ ta’ Kristu bid-dija kollha tiegħu.

 B’mod partikolari huwa meħtieġ li nżommu preżenti sewwa il-prinċipju l-kbir ifformulat mill-aħħar Konċilju, li jien ridt infakkar fl-Enċiklika Dives in misericordia: “Waqt li varji kurrenti tal-ħsieb uman fil-passat u fil-preżent kienu u għadhom ikunu nklinat biex jifirdu u saħansitra biex  jopponu it-tejoċentriżmu u l-antropoċentriżmu, il-Knisja għall-kuntrarju, waqt li ssegwi lil Kristu, tfittex li tgħaqqadhom fl-istorja tal-bniedem b’mod organiku u profond” (n. 1).

  1. Tali prinċipju juri ruħu fertili mhux biss għall-filosofija u l-kultura umanistika, imma wkoll għas-setturi tat-tiftix xjentifiku u tal-arti. Infatti l-bniedem tax-xjenza li “jisforza ruħu b’umiltà u b’perseveranza li jifhem sewwa s-sigrieti tar-realtà, ukoll bla ma jintebaħ jiġi bħal immexxi mill-id ta’ Alla, li, waqt li jżomm fl-eżistenza l-ħwejjeġ kollha, ifittex li jkunu dak li huma” (GS, 36b).

Minn band’oħra, il-veru artist għandu d-don li  jħoss u li jesprimi x-xefaq imdawwal u infinit li fih hija mgħaddsa l-eżistenza tal-bniedem u tad-dinja. Jekk inhu fidil għall-ispirazzjoni li tgħammru u ssebbqu, huwa jakwista konnaturalità sigrieta bis-sbuħija li biha l-Ispirtu Santu jlibbes mill-ġdid il-ħolqien.

L-Ispirtu Santu, Dawl li jdawwal il-menti u l-“artista divin tad-dinja” (S. Bulgakov, Il Paraclito, Bologna 1971, p. 311), imexxi lill-Knisja u lill-umanità ta’ żmienna tul il-mogħdijiet ta’ laqgħa ġdida u sorprendenti mad-dija tal-verità!

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb.