L-Ispirtu Santu: il-Qdusija, u l-Maħfra tad-Dnubiet


ĠWANNI PAWLU II

UDJENZA ĠENERALI. L-Erbgħa, 22 ta’ Lulju 1998.

Nr 9 – L-Ispirtu Santu: il-Qdusija, u l-Maħfra tad-Dnubiet

  1. Il-ġest ta’ Ġesù, li fl-għaxija tal-Għid “nefaħ” fuq l-Appostli waqt li ħabbrilhom l-Ispirtu Santu (cfrĠw20,21-22), ifakkar il-ħolqien tal-bniedem, deskritt fil-Ġenesi, bħala l-komunikazzjoni ta’ “nifs tal-ħajja” (Ġn 2,7). L-Ispirtu Santu huwa bħan “nifs” tal-Irxuxtat, li  li jispira il-ħajja l-ġdida lill-Knisja irrapreżentata mill-ewwel dixxipli. Is-sinjal l-iktar evidenti ta’ din il-ħajja l-ġdida huwa l-poter tal-maħfra tad-dnubiet. Infatti Ġesù jgħid: “Irċievu l-Ispirtu Santu; lil min taħfru d-dnubiet ikunu maħfura” (Ġw 20,22-23). Hemm fejn jiġi msawwab “l-Ispirtu tal-qdusija” (Rm 1,4), jiġi meqrud dak li jopponi l-qdusija, jiġifieri d-dnub. L-Ispirtu Santu, skont il-kelma ta’ Kristu, huwa dak li “jikkonvinċi lid-dinja dwar id-dnub” (Ġw 16,8).

Huwa jqajjem kuxjenza tad-dnub, imma fl-istess ħin huwa hu nnifsu li jaħfer id-dnubiet. San Tumas dwar dan jinnota: “Minħabba li hu l-Ispirtu Santu li jsejjes il-ħbiberija tagħna ma’ Alla, huwa normali li permezz tiegħu Alla jaħfrilna d-dnubiet” (Contr. Gent. 4,21,11).

  1. L-Ispirtu tal-Mulej mhux biss jeqred id-dnub, imma wkoll jopera qdusija u divinizzazzjoni tal-bniedem. Alla “għażilna, jgħid San Pawl, bħala frott bikri għall-fidwa, permezz tal-opra santifikatriċi tal-Ispirtu u l-fidi fil-verità” (2 Ts2,13).

Naraw iktar mill-qrib fiex tikkonsisti din il-“qdusija-divinizzazzjoni”.

L-Ispirtu Santu huwa “Persuna-Mħabba, huwa Persuna-Don” (Dom. et viv., 10). Din l-imħabba rregalata mill-Missier hija, milqugħa u rikambjata mill-Iben, tiġi kkomunikata lill-bniedem mifdi, li hekk isir “bniedem ġdid” (Ef 4,24), “krejatura ġdida” (Gal 6,15). Aħna l-insara mhux biss niġu ppurifikati mid-dnub, imma niġu wkoll mibdula u mqaddsa. Nirċievu ħajja ġdida, ġaladarba magħmulin “parteċipi tan-natura divina” ( 2 Pt 1,4): aħna “msejħin ulied Alla, u dan aħna tassew!” (1 Ġw 3,1). Huwa hu l-ħajja tal-grazzja: id-don b’xejn li bih Alla jagħmilni parteċipi tal-ħajja trinitarja tiegħu.

It-tliet Persuni divini fir-relazzjoni tagħhom mal-imgħammdin la jistgħu jkunu mifruda – għaliex kull wieħed jaġixxi dejjem f’għaqda mal-oħrajn -, linqas imħawdin, għaliex kull Persuna tikkomunika ruħha inkwantu Persuna.

Fir-riflessjoni dwar il-grazzja,huwa mportanti li nevitaw li  nimmaġinawha bħala “ħaġa”. Hija hi “qabel xejn u prinċipalment id-don tal-Ispirtu li jiġġustfikana u jqaddisna” (CCC 2003). Hija d-don tal-Ispirtu Santu li jassimilana mal-Iben u jpoġġina f’relazzjoni filjali mal-Missier: fl-uniku Spirtu permezz ta’ Kristu għandna aċċess għall-Missier (cfr Ef 2,18).

  1. Il-preżenza tal-Ispirtu Santu topera bidla li tmiss lill-bniedem b’mod veru u intimu: din hija l-grazzja santifikanti u deifikanti, li televa l-esseri tagħna u l-aġir tagħna, waqt li tippermettilna ngħixu f’relazzjoni mat-Trinità Mqaddsa. Dan iseħħ permezz tal-virtujiet tejologali tal-fidi, tat-tama u tal-karità, “li jirrendu l-fakultajiet tal-bniedem addattati għall-parteċipazzjoni man-natura divina” (CCC1812). Hekk bil-fidi dak li jemmen jqis lil Alla, lill-aħwa, lill-istorja, mhux sempliċement skont il-prospettiva tar-raġuni, imma mill-punt di vista tar-rivelazzjoni divina. Bit-tama l-bniedem iħares lejn il-ġejjieni b’ċertezza fiduċjuża u ħabrieka, waqt li jittama kontra kull tama (cfr Rm 4,18), b’għajnejh iffissati fuq l-iskop tal-beatitudni eterna u tat-twettiq sħiħ tas-Saltna ta’ Alla. Bil-karità d-dixxiplu huwa mpenjat li jħobb lil Alla b’qalbu kollha u lill-oħrajn bħal ma l-Mulej ħabbna, jiġifieri sad-don totali tagħna nfusna.
  2. Il-qdusija ta’ dak li jemmen sseħħ dejjem permezz tal-inkorporazzjoni tal-Knisja. “Il-ħajja ta’ kull wieħed minn ulied Alla fi Kristu u permezz ta’ Kristu tiġi magħquda b’rabta meraviljuża mal-ħajja tal-aħwa nsara kollha fl-għaqda soprannaturali tal-Ġisem mistiku ta’ Kristu, sa ma kważi tifforma persuna mistika waħda biss” (Pawlu VI, Cost. ap.Indulgentiarum doctrina, 5).

Dan huwa l-misteru tax-xirka tal-Qaddisin. Rabta li ma tintemmx ta’ karità torbot lill-“qaddisin” kollha, kemm dawk li diġa waslu fil-pajjiż ċelesti jew li qegħdin jippurifikaw ruħhom fil-Purgatorju, kif ukoll dawk li għadhom Pellegrini fid-dinja. Fosthom teżisti wkoll bidla ta’ ġid abbundanti, sal-punt li l-qdusija tal-wieħed  tibbenefika lill-oħrajn kollha. San Tumas jiddikjara: “Dak li jgħix fil-karità, jieħu sehem fil-ġid kollu li jsir fid-dinja”  (In Symb. Apost.)u iktar: “L-att ta’ wieħed jitwettaq permezz tal-karità ta’ ieħor, dik il-karità li għaliha aħna lkoll aħna ħaġa waħda biss fi Kristu”  (In IV Sent. d.20, a.2; q.3 ad 1).

  1. Il-Konċilju fakkar li l-“fidili kollha ta’ kwalunkwè stat jew grad huma msejħa għall-milja tal-ħajja nisranija u għall-perfezzjoni tal-karità” (LG, 40). B’mod konkret għal kull fidil t-triq biex insiru qaddisin hija dik tal-fedeltà mar-rieda ta Alla, hekk bħal ma tiġi espressa mill-Kelma tiegħu, mill-kmandamenti, mill-ispirazzjoni tal-Ispirtu Santu. Bhal għal Marija u għall-qaddisin kollha, hekk ukoll għalina l-perfezzjoni tal-karità tikkonsisti fl-abbandun fiduċjuż, fuq l-eżempju ta’ Ġesù, fl-idejn tal-Missier. Mill-ġdid għal darb’oħra dan huwa possibbli grazzi għall-Ispirtu Santu, li wkoll fil-waqtiet l-iktar diffiċli jġegħlna nirrepetu ma’ Ġesù: “Hawn jien, jien gej biex nagħmel ir-rieda tiegħek” (cfrLhd10,7).
  2. Din il-qdusija tirrifletti ruħha f’forma propja fil-ħajja reliġjuża, li fiha l-konsagrazzjoni tal-magħmudija tiġi migħuxa fl-impenn ta’ sensiela radikali tal-Mulej permezz tal-pariri evanġeliċi tal-kastità, tal-povertà u tal-ubbidjenza. “għall-eżistenza kollha nisranija, ukoll is-sejħa għall-ħajja kkonsagrata hija relazzjoni ntima mal-opra tal-Ispirtu Santu. Huwa hu li, tul il-millenji, jiġbed dejjem persuni ġodda biex iħossu s-seħer ta’ għażla tant impenjattiva. (…). Huwa l-Ispirtu li jqanqal ix-xewqa ta’ tweġiba sħiħa; huwa Hu li jiggwida l-iżvilupp ta’ tali xewqa, billi jwassal għall-maturità t-tweġiba pożittiva u billi jsostni imbagħad l-esekuzzjoni fidila; huwa hu li jifforma u  jagħġen l-moħħ tal-imsejħin, billi jikkonfigurahom ma’ Kristu pur, fqir u ubbidjenti, u billi jimbuttahom biex jagħmlu propja l-missjoni tiegħu” (Esort. ap. Vita consecrata, 19).

Espressjoni distinta ta’ qdusija, magħmula possibbli mill-qawwa tal-Ispirtu Santu, hija l-martirju, xhieda suprema magħmula bid-demm lil Sidna Ġesù. Imma forma ta’ xhieda sinifikattiva u fertili huwa diġa l-impenn nisrani, migħux – fil-kondizzjonijiet differenti tal-ħajja, jum wara jum – b’fedeltà radikali mal-kmandament tal-imħabba.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb