Ġesù Kristu, Iben ta’ Alla u Salvatur


ĠWANNI PAWLU II

UDJENZA ĠENERALI – L-Erbgħa, 14 ta’ Jannar 1987

2. Ġesù Kristu, Iben ta’ Alla u Salvatur.

  1. Bil-katekeżi tal-ġimgħa l-oħra, waqt li segwejna l-iktar simboli antiki tal-fidi nisranija, bdejna ċiklu ġdid ta’ riflessjonijiet dwar Ġesù Kristu. Is-Simbolu Apostoliku jħabbar: “Nemmen . . . f’Ġesù Kristu, l-uniku Iben (ta’ Alla)”. Is-Simbolu niċen-kostantinopiltan, wara li jkun iddefinixxa bi preċiżjoni ferm ikbar l-oriġini divina ta’ Ġesù Kristu bħala l-Iben ta’ Alla, ikompli jiddikjara li dan l-Iben ta’ Alla “għalina l-bnedmin u għall-fidwa tagħna niżel mis-sema u . . . sar bniedem bħalna”. Bħal ma wieħed jistà jara, in-nukleju ċentrali tal-fidi nisranija huwa magħmul mill-verità doppja li Ġesù Kristu huwa Bin Alla u Bin il-bniedem (il-verità kristoloġika), u hija ir-rejalizzazzjoni tal-fidwa tal-bniedem, li Alla il-Missier wettaq fih, Ibnu u Salvatur tad-dinja (il-verità soterjoloġika).
  2. Jekk fil-katekeżi ta’ qabel ittrattajna l-ħażen, u b’mod partikolari d-dnub, dan għamilnieh biex inħejju rwieħna għaċ-ċiklu preżenti dwar Ġesù Kristu Salvatur. Fidwa infatti tfisser ħelsien mill-ħażen, b’mod partikolari d-dnub. Ir-Rivelazzjoni miġbura fl-Iskrittura Mqaddsa, nibdew mill-Proto-Vanġelu (Ġen 3, 15) tiftaħna għall-verità li Alla biss jistà jeħles lill-bniedem mid-dnub u mill-ħażen kollu preżenti fl-eżistenza umana. Alla, waqt li jirrivela lilu nnifsu bħala Ħallieq tad-dinja u Ordinatur providenti tagħha, fl-istess ħin jirrivela lilu nnifsu bħala Salvatur: bħala dak li jeħles mill-ħażen, b’mod partikolari mid-dnub ikkawżat mir-rieda libera tal-krejatura. Din hija l-quċċata tal-proġett krejattiv imwettaq mill-Providenza ta’ Alla, li fih id-dinja (kosmoloġija), il-bniedem (antropoloġija) u Alla Salvatur (soterjoloġija) huma marbutin b’mod strett.

Infatti bħal ma jfakkar il-Konċilju Vatikan II, l-insara jemmnu li d-dinja hija “maħluqa u miżmuma teżisti mill-imħabba tal-Ħallieq, dinja bla ebda dubju mqiwgħda taħt l-iskjavitù tad-dnub, imam meħlusa minn Kristu mislub u rxoxt . . .” (Gaudium et Spes, 2).

  1. L-isem “Ġesù”, ikkunsidrat fis-sinifikat etimoloġiku tiegħu, ifisser “Jaħwè jeħles”, jifdi, jgħin. Qabel l-iskjavitù tal-Babilonja kien espress fil-forma “Jehosua”: isem tejoforiku li fih l-gherq tas-santissmu isem ta’ Jaħwè. Wara l-iskjavitù tal-Babilonja ħa l-forma mqassra “Jeshua”, li fit-traduzzjoni tas-Sebgħin ġie traskritt ma’ “Jesoûs” li minnha ġiet it-Taljana “Ġesù”.

IL-isem kien mifrux sewwa, kemm fiż-żmien tal-allejanza l-qadima kif ukoll ta’ dik ġdida. Infatti huwa l-isem li kellu Ġożwe, li wara l-mewt ta’ Mosè wassal lill-Iżraeliti fl-art imwegħda: “Hu skont is-sinifikat ta’ ismu, kien kbir għall-fidwa tal-magħżulin ta’ Alla . . . biex jagħti l-pussess lill-Iżrael”  (Sir 46, 1). Ġesù, iben Sirak, kien il-kompilatur tal-ktieb tas-Siraċide (Sir 50, 27). Fil ġenejaloġija tal-Feddej, li nsibu fil-Vanġelu skont Luqa, nsibu elenkat lil “Er, iben Ġesù” (Lq 3, 28-29). Fost il-kollaboraturi ta’ San Pawl hem preżenti wkoll ċertu Ġesù, “msejjaħ Ġust” (cf. Col 4, 11).

  1. L-isem Ġesù, madankollu, qatt ma kellu dik it-totalità ta’ sinifikat li akkwista fil-każ ta’ Ġesù ta’ Nażżaret u li kien ġie rrivelat mill-anġlu lil Marija (cf.Lq 1, 31ss.) u lil Ġużeppi (cf. Mt 1, 21). Fil-bidu tal- minister pubbliku ta’ Ġesù, in-nies kienu jifhmu ismu fis-sens komun ta’ dak iż-żmien.

“Sibna lil dak li dwar kitbu Mosè fil-Liġi u l-profeti, Ġesù, bin Ġueppi ta’ Nażżaret”. Hekk imur jgħid wieħed mill-ewwel dixxipli, Filippu, lil Natanael li jirribatti: “Minn Nażżaret qatt tistà toħroġ xi ħaġa tajba?” (Gw 1, 45-46). Din il-mistoqsija tindika li Nażżaret ma tantx kienet stmata minn ulied Iżrael. Minkejja dan, Ġesù ġie msejjaħ “Nażżarenu” (cf. Mt 2, 23), u wkoll “Ġesù ta’ Nażżaret tal-Galilea” (Mt 21, 11), espressjonijiet li wkoll l-istess Pilatu uża fl-iskrizzjoni li huwa ġiegħel li titpoġġa fuq is-salib: “Ġesù in-Nażżarenu, is-sultan tal-Ġudej” (Gw 19, 19).

  1. In-nies sejħu lil Ġesù 2n-Nażżarenu” mill-isem tal-post fejn kien joqgħod mal-familja tiegħu sa meta kellu tletin sena. Madankollu nafu li l-post tat-twelid ta’ Ġesù ma kienx Nażżaret imam Betlem, post fil- Ġudea, fin-nofsinhar ta’ Ġerusalem. Dan iwettquh l-evanġelisti Luqa u Mattew. Tal-ewwel, b’mod partikolari, jinnota li minħabba ċ-ċensiment ordnat mill-awtorità Rumana, “Ġużeppi, mill-belt ta’ Nażżaret u mill-Galilea telà fil-Ġudea fil-belt ta’ David, imsejħa Betlem, sabiex jirreġistra flimkien ma’ Marija martu li kienet tqila. Issa, waqt li jkunu hem f’dak il-post, ghalqulha l-jiem tat-tqala” (Lq2, 4-6).

Bħal ma jiġri għal postijiet oħra bibbliċi, ukoll Betlem tassumi valur profetiku. Waqt li jmur lura għall-profeta Mikea, Mattew ifakkar li din il-belt kienet ġiet iddisinjata bħala l-post tat-twelid tal-Messija: “U inti, Betlem, belt ta’ Ġuda, minitix tassew l-iżgħar fost il-bliet ta’ Ġuda: infatti minnek joħroġ mexxej li jmexxi l-poplu tiegħi Iżrael” (Mt 2, 6). Il-profeta jżid: “. . . l-oriġni tiegħu hija mill-qedem, mill-jiem l-iktar imbegħda” (Mt 5, 1).

Għal dan it-test jirreferu l-qassisin u l-iskribi li Erodi kien ikkonsulta biex inwieġeb lill-Maġi li,meta waslu mil-Lvant, kienu qed jistaqsu fejn kien il-post tat-twelid tal-Messija.

It-test tal-Vanġelu ta’ Mattew (Mt 2, 1): “Ġesù twieled ġewwa Betlem tal-Ġudea fi żmien is-sultan Erodi”, jaqbel mal-profezija ta’ Mikea, g hal-liema jirreferi wkoll l-interrogattiv mi gjub fir-rabà Vanġelu: “Ma tgħidx forsi l-Iskrittura li l-Kristu kellu jitnissel mir-razza ta’ David u minn Betlem, ir-raħal ta’ David?” (Gw 7, 42).

  1. Minn dawn il-partikolari wieħed jiddeduċi li Ġesù huwa l-isem ta’ persuna storika, li għexet fil-Palestina. Jekk inhu sewwa li nagħtu kredubiltà storika lil figure bħal Mosè u Ġożwè, allura għal raġuni ikbar nilqgħu l-eżistenza storika ta’ Ġesù. Il-Vanġeli ma jirreferulniex fid-dettall ħajtu għaliex m’għandhomx skop primarjament storjografiku. Huma però propju l-Vanġeli li, moqrija b’onrstà ta’ kritika, jwasslu għall-konklużjoni li Ġesù ta’ Nażżaret huwa persuna storika li għexet fi spazju u żmien iddeterminat. Ukoll mill-punt di vista purament xjentifiku għandu jqanqal għaġeb mhux minn iwettaq imam min jinnega l-eżistenza ta’ Ġesù, bħal ma għamlu it-tejoriji mitoloġiċi tal-imgħoddi u kif ukoll illum jagħmlu xi studjużi.

Għal dak li jirrigwarda d-data preċiża tat-twelid ta’ Ġesù, il-pariri tal-esperti ma jaqblux. Huwa ammess b’mod komuni li l-Patri Dijoniġi iz-Żgħir, meta fis-sena 533 ipproponu li jikkalkula s-snin mhux mill-fundazzjoni ta’ Ruma imam mit-twelid ta’ Ġesù Kristu, huwa waqà fl-iżball. Sa ftit żmien ilu kien aċċettat li dan kien żball ta’ madwar erbà snin, imam l-kwistjoni hija ferm il-bogħod milli solvuta.

  1. Fit-tradizzjoni tal-poplu Iżraelit l-isem “Ġesù” żammil-valur etimoleġiku tiegħu: “Alla jeħles”. Bi tradizzjoni kienu dejjem il-ġenituri li jagħtu l-sem lil uliedhom. . Għall-kuntrarju fil-każ ta’ Ġesù, bin Marija, l-isem kien magħżul u mogħti mill-għoli qabel it-twelid, skont l-indikazzjoni tal-anġlu lil Marija fl-annunzjazzjoni (Lq1, 31) u lil Ġużeppi fil-ħolm (Mt1, 21). “Ingħata l-isem ta’ Ġesù” – jenfasizza l-evanġelista Luqa – għaliex b’dan l-isem “ kien issejjaħ mill-anġlu qabel ma kien konċeput fil-ġuf tal-omm” (Lq 2, 21).
  2. Fil-proġett tal-Providenza ta’ Alla, Ġesù ta’ Nazzaret iġib l-isem li jindika l-fidwa: “Alla jeħles”, għaliex hu fir-realtà dak li jindika l-isem, jiġifieri s-Salvatur. Dan jixhduh diversi sentenzi, preżenti fl-hekk imsejħa Vanġeli tal-infanzja, miktuba minn Luqa (Lc2, 11): “. . .tweldilkom. . . salvatur”, u minn Mattew (Mt1, 21): “infatti huwa jsalva il-poplu tiegħu minn dnubietu”. Dawn huma espressjonijiet li jirriflettu l-verità li hija rivelata u mxandra mit-Testment il-Ġdid kolluPewr eżempju l-Appostlu Pawlu jikteb fl-Ittra lill-Filippin: “Minħabba dan Alla għollieh u tah isem li hu fuq kull isem ieħor; għaliex fl-isem ta’ Ġesù kull irkobba tmil . . . u kull ilsien jistqarr li Ġesù Kristu huwa l-Mulej (Kyrios, Adonai) għall-glorja ta’ Alla l-Missier” (Fil 2, 9-11).

Ir-raġuni tal-eżaltazzjoni ta’ Ġesù nsibuha fix-xhieda mogħtija lilu mill-appostli li pprokklamaw b’kuraġġ: “F’ħadd iktar mhemm il-fidwa; infatti mhemmx taħt is-sema isem ieħor mogħti lill-bnedmin li fih hemm stabbilit li aħna nistgħu nsalvaw” (At 4, 12).

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb