Promo u Avviżi dwar il-Velja tal-Assunta skont id-direttivi l-ġodda …
[soundcloud url=”https://api.soundcloud.com/tracks/875013991″ params=”color=#ff5500&auto_play=false&hide_related=false&show_comments=true&show_user=true&show_reposts=false&show_teaser=true&visual=true” width=”100%” height=”300″ iframe=”true” /]
Fuq direttiva tal-Isqof Mario Grech flimkien ma’ l-Isqof maħtur Anton Teuma, il-Velja tal-Għid tal-Assunta ġewwa s-Santwarju Ta’ Pinu li ser issir il-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu ser tkun bil-bibien magħluqa b’numru limitat ta’ persuni.
Għalhekk il-pubbliku ma jistax jattendi! Pero huwa mħeġġeġ biex jingħaqad mas-Santwarju Ta’ Pinu għal din is-sahara ta’ Talb permezz tal-mezzi tax-Xandir.
Il-Velja li tibda fit-8.00pm ser tkun imxandra fuq TVM2 u Radju Marija
Tħasru wkoll dawn iċ-ċelebrazzjonijiet:
1 L-Adorazzjoni ta’ wara l-velja flimkien mal-quddiesa ta’ nofs il-lejl
2 Kif ukoll il-quddiesa fuq il-għolja Ta’ Għammar li kienet issir filgħodu kmieni nhar Santa Marija.